Intlibbsu l-ingwanti fil-PN
Wara li l-bieraħ, Adrian delia tella’ post favur partirarju Nazzjonalista Ċensu Borg, magħruf bħala Ċensu l-iswed, issa jidher ċar li ntlibbsu l-ingwanti għall-ġlied. Issa verament qed nersqu lejn clash bejn żewġ heavy weights fil-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. L-insinwazzjonijiet ilhom għaddejjin. Id-daqqiet tal-istalletti ilhom jinfdu fid-dahar. L-ilsien ilu jlissen kliem li mhux dejjem kien midluk fiż-żokkar. Il-pinna waslet biex użat linka li ma tantx tidher li ser tinxef malajr.
Ix-xrar li ġabet il-polvri lejn in-nar kienet is-sentenza tal-maġistrata Rachel Montebello. Mingħajr qatt ma bassret, bis-sentenza tagħha, Rachel Montebello, daħħlet lill-PN fażi ġdida ta’ ġlied. Ġabet rabja fost il-bażi Nazzjonalista u fost dawk li ilhom jaraw fil-qrati istituzzjonijiet fejn fihom jitilfu d-drittijiet tagħhom.
Il-boxers iparlaw ħafna qabel it-taqtieha bejniethom. Kummenti dispreġġjattivi jkunu benna għal min hu dilettant tal-pinna biex nimlew il-paġni f’kull tip ta’ medja. Biss anke f’dan il-livell ta’ kuntrast bejn żewġ protagonisti hemm differenza. Jista’ ikollok wieħed li jkun ilu jaħmi, jlissen u jikteb biex ipinġi l-istorja jew jipprepara għall-avveniment u jaħseb li bl-użu ta’ dan kollu jiġbed ħafna sostienituri lejh u joħlom li jkollu ħafna supporters fis-siegħa tal-prova. Hu juża l-qrati favur tiegħu.
Hemm min imbagħad jissaporti ħafna, ma jlissen xejn u jżomm il-pinna fil-but. Biss fl-aħħar ta’ kulħadd taqbeż. Kulħadd għandu il-livell ta’ kemm ikun jiflaħ jissaporti. Kull bniedem għandu l-limitu tiegħu f’kull settur tal-ħajja. Fl-aħħar waslet il-ġurnata li żbroffa l-vulkan. Issa għandna ż-żewġ heavy wieghts fuq livell ta’ stmerrija lejn xulxin. Iż-żewġ avversarji tilfu l-paċenzja. Iż-żewġ protagonisti iridu jgħidu u juru x’hemm moħbi wara dawk il-par ingwanti li kull wieħed minnhom libes.
Il-ġlieda ma tintrebahx biss billi tilbes l-aktar par ingwanti speċjalizzati. Il-preparazzjoni għalija trid tkun waħda dedikata. Il-pass wara pass sabiex x’ħin tasal għal mument tal-prova ikun moħmi b’inteliġenza. Il-preparamenti ma jistgħux ikunu mibnija fuq ir-ramel. Il-pedamenti tal-bini ta’ din in-narrattiva jridu jkunu mibnija sodi ġebla fuq ġebla. Biex tasal biex tintrefa’ fuq l-idejn għax tkun vera rbaħt fis-serata mistennija trid tkun preparajt b’serjeta kbira u mhux b’ħafna għajjat u teatrini u paroli fil-vojt.
Issa waslet is-siegħa tal-prova. Il-protagonisti żvujtaw l-istonku tagħhom kemm felħu, forsi wieħed iżjed mill-ieħor. Issa wasalna fi żmien li l-provi jridu joħorġu ħalli nkunu nafu kemm minnhom tassew preparaw tajjeb għal din is-serata spettakolari. Id-daqqiet b’mod legali, marbutin mar-regolamenti tal-logħba jridu jsiru quddiem il-persuna nkarigata mill-livell ugwali u li tuża s-saħħa kollha tagħha biex inkunu nafu min qed jgħid is-sewwa. Infakkar li ntqalu ħafna affarijiet matul iż-żmien ta’ qabel u li issa jrid jiġi espost fil-mument tal-prova u skond kull virgola tal-liġi.
In-narrattiva ta’ wieħed mill-protagonisti ilha għaddejja għal snin sħaħ. Issa din in-narrattiva jrid jiġborha fi ktieb u jesponih quddiem il-ġudizzju tal-għola awtorita’ jiġifieri l-elettorat. Issa jrid jagħti prova ta’ kemm ilu jiġma ġo fih. Issa jrid jattwa dak li ilu jeqred fuqu u jippruvah bejn l-erba’ ħitan tal-għatt finali, quddiem il-ħaqq.
Il-protagonist l-ieħor ħareġ qisu iljun. Deher ċar li ilu jissaporti. Issa wasal il-mument li jitfa’ f’kantuniera lill-avversarju f’din il-ġlieda bejn tnejn u jara kemm jiflaħ jaqla’ u nistennew minnu li dak li ilu jissaporti, jbatlu biex inkunu nafu l-verita’ kollha ħalli jitfi darba għal dajjem dik in-niċċa li l-avversarju tiegħu ilu li xegħel kważi erba’ snin.
Let the game begin. Kun raġel Dr Azzopardi tina prova ta’ dak kollu li ilek tgħid għal dawn is-snin kollha. Dr Delia urina li dak kollu li ntqal jew ġie insinwat minn Dr Azzopardi kien inġust u l-bogħod mis-sewwa.
Aħna qed nistennew ġustizzja.