Adrian Delia iwieġeb lil Jason Azzopardi wara l-istess Azzopardi rebaħ libel kontra Ċensu l-Iswed mingħand Rachel Montebello
Fuq il-paġna Facebook, Adrian Delia, l-ex-kap tal-Partit Nazzjonalista tella’ post fuq Facebook. Delia tella’ dan il-post wara li Jason Azzopardi tella’ post fuq Facebook biex jiċċelebra din ir-rebħa li l-istess Azzopardi għamel fuq Ċensu l-Iswed. F’dan il-post, Azzopardi ftaħar li ser jagħti dan il-flus li rebaħ lill-karita’.
Fost affarijiet oħra, Adrian Delia semma’ l-gibed li Jason Azzopardi qal fuq Adrian Delia nnifsu b’riferenza għall-artikli li dehru fil-media kontra l-istess Adrian Delia fil-gazzetta The Times u The Sunday Times, minħabba l-famużi chats li suppost Adrian Delia kellu ma’ Yorgen Fenech li sal-lum għandhom ma ġewx ippruvati. Adrian Delia jistaqsa jekk kienx Jason Azzopardi li kien jgħaddi dawn il-messaġġi lil media indipendenti? Delia sejjaħ din il-media bħala waħda suppost indipendenti. Bil-pulitt staqsa fejn hija l-pulizija f’dan il-każ.
Infakkar li fuq dawn il-leaks, la l-pulizija u l-anqas il-qorti qatt ma ndenjaw ruħhom jagħmlu xi investigazzjoni dwarhom.
Adrian Delia semma ukoll l-inkjesta li hemm kontra Jason Azzopardi li sal-lum għadha mhux magħluqa. Infakkar li din l-inkjesta qed titmexxa minn maġistrata u ilha s-snin għaddejja.
Adrian Delia għamel referenza għal dak li Jason Azzopardi qal, anki fil-qorti, li ma hu qed jaqla’ xejn. Hu jistaqsi kemm dan hu minnu?
Infakkar li meta Jason Azzopardi ressaq rikors f’isem il-familja Caruana Galizia kontra tiegħi quddiem il-maġistrata Rachel Montebello, din il-maġistrata emmnet il-gibed ta’ dan l-avukat u l-klijenti tiegħu u qegħditni taħt disprezz tal-qorti.
Ċertu maġistrati u mħallfin jemmnu kull ma jgħid l-avukat Jason Azzopardi.
