Bernard Grech ser ikun f’wieħed mill-clusters

Il-bieraħ u llum dan is-sit ta’ ħarsa estensiva għall-konferenza stampa tal-aħbarijiet li ta l-bieraħ Bernard Grech ġewwa Manoel Island. F’din il-konferenza, tkellem Claudio Grech li qal li ser ikun qed jitwaqqfu fergħat fil-Partit Nazzjonalista. Dawn il-fergħat qed jissejħu bl-Ingliż clusters.

Dan is-sit hu f’pożizzjoni li jiżvela li Bernard Grech ser ikun qiegħed jieħu sehem f’wieħed minn dawk il-clusters.

Infakkar, li din l-idea bdiet erbatax-il xahar ilu. Kienet tqala kemmxejn twila għaliex ħadet erbatax-il xahar biex tweldet f’azzjoni.

Il-fatt li din l-idea baqgħet, tidher li kien tajba. Mela dak li kien qed isir qabel ma Bernard Grech ħa t-tmexxija ma kienx kollu ħażin kif konna ġejna mgħarrfa!

Leave a Reply