Issir konferenza minn Claudio Grech u jinħeba x-xogħol li għamel Adrian Delia.

Blog post minn osservatur Politiku

Il-Partit Nazzjonalista għamel illum konferenza fejn spjegalna kif ser jaħdmu il-clusters. Nixtieq ngħid prosit lil Claudio Grech li qed jaħdem fuq dawn il-clusters. Biss irrid nammetti li Claudio Grech, ma ninsewx wieħed mill-Blue Heroes, lanqas kellu d-diċenza jistqarr il-verita’ kollha. Niskanta u nitnixxef kif bniedem li jikkonsidra lilu n-nifsu bħala bniedem b’livell ta’ intelliġenza għolja, jasal biex jagħmel diskors mingħajr ma jkun ġust mal-verita’.

Jekk illum, minn Manoel Island, il-Partit Nazzjonalista għamel konferenza biex jgħidilna fuq il-Clusters, nixtieq infakkru li hu, Claudio, diġa kien involut f’konferenza oħra, li kienet saret fid-Dar Ċentrali, jekk m’inhiex sejjer żball madwar nofs l-2020. Ma niftakarx eżatt x’qal dak in-nhar imma niftakar żgur li ħdejh kellu lil Adrian Delia. Ħa nagħmluha ċara, l-idea tal-clusters ħarġet minn moħħ Claudio Grech. Hu mar b’din l-ideja għand il-Kap tiegħu dak iż-żmien, Dr Adrian Delia, u tgħarraflu dwar il-kunċett tiegħu.

Naf żgur li Dr Delia aċċetta mill-ewwel dan il-ħsieb. Fil-fatt qal lil Claudio Grech biex ilaħħam l-idea tiegħu ħalli jkunu jistgħu jiddiskutu aktar u jikkonkretizzaw iżjed dan il-kunċett. Tant hu veritier dak li qed ngħid li meta ġie varat dan il-proġett kien Dr Delia li għalaq il-konferenza dak in-nhar u ta l-appoġġ tiegħu kollu. Biex infakkar ukoll il-fatti, waqt li Malta kienet qiegħda fuq kważi full lock down, Claudio kull filgħodu kien imur id-Dar Ċentrali u għal tlett xhur sħaħ kien ikun fl-uffiċċju tal-Kap jaħdem miegħu (Adrian Delia) biex jiffinalizzaw id-dettalji. Kif diġa għidt f’nofs is-sena l-oħra dan il-kunċett kien varat bl-ewwel membri ta’ kull cluster lesti u anke bdew jiddiskutu.

Nixtieq nistaqsi lil Claudio Grech. Tiftakarhom dawk is-siegħat kollha ta’ xogħol? Bis-siċerita kollha Sur Grech irrispondina, Dr Delia ta kontribut f’dak il-perjodu jew kontu tiltaqgħu biex Dr Delia joqgħod jisma’ lilek titkellem? Ir-risposta hija waħda u tanġibli. U kif għamel il-parti tiegħu Dr Delia. U kif li ħadem ma’ Claudio Grech kemm felaħ fuq dan il-proġett. Jien persważ li dak iż-żmien u matul dawk is-siegħat ta’ xogħol kien mhux biss tlaħħam il-kunċett imma sar fattwali. Mela kif ma tistħix Sur Claudio Grech ma ssemmi qatt lil Dr Delia? Kif ma tħossokx skomdu tindirizza n-nies ta’ quddiemek u l-media Maltija kollha, li ħafna minnhom kien jafu x’sar qabel illum? Kif ma fadalx żejt f’wiċċkom u ma tirringrazzjawx lil min ħaqqu?

Jiena m’inhiex qed ngħidlek biex tfaħħar lil Dr Delia għax forsi jkollok diffikulta’ jew teħillek fi griżmejk, imma għallinqas tgħid grazzi lil min ħaqqu. Imbagħad jitfaċċa Dr Grech u jagħmel l-istess. Anzi ħin minnhom donnu kien ser jitħajjar jieħu l-preġju. L-anqas dan ma’ ta dak li kien ħaqqu lil ta’ qablu. Semma lil Claudio Grech imma ma semmiex lil Dr Delia. Forsi żball? Jiena persważ li le. Dak kollu li għamel il-Kap ta’ qablu Dr Grech qed jagħmel ħiltu biex jipprova jnessieħ.

Jiddispjaċini Dr Grech, jien napprezza x-xogħol tal-Kapijiet ta’ qablek u lest li nkompli nagħti il-grazzi lil min ħaqqu. Int għamel dak li trid u li jogħġbok.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *