Alfred Sant għandu raġun: l-aqwa li nattakkaw lir-Russi

Roberta Metsola kellha żewġ artikli fuq il-gazzetti tal-Ħadd. Hawn ser nitkellem fejn hija ssemmiet fil-Malta Today. Dan l-artiklu hu miktub minn Matthew Vella. Fih, Vella jgħidilna li Roberta attakkat lil Alfred Sant għax astjena dwar il-vot meħud fl-Unjoni Ewropeja li kien jirrigwardja riżoluzzjoni li tikkundanna lir-Russja fuq vjolazzjoni tad-Drittijiet Umani. Ir-Russia tefgħet il-ħabs lil Alexei Navalny talli jikkritika lill-Kremlin. Alfred Sant qed jgħid li l-Unjoni Ewropea u r-Russja m’għandhomx ikunu daqstant konfrontali lejn xulxin. Huwa qed jgħid li jekk is-sitwazzjoni tkompli teskala jkun hemm possibilita’ li twassal għall-gwerra.

Jekk taqbilx jew le ma Alfred Sant hija storja totalment differenti. Ma naħsibx li ser naslu għall-gwerra biss l-Ewropa trid tieqaf tħares lejn ir-Russja bħala pajjiż għadu. Il-gwerra l-bierda spiċċa fil-port ta’ Marsaxlokk fl-1989.

Din l-astensjoni ta’ Sant qanqlet ir-rabja ta’ Roberta Metsola. Metsola akkużat lil Alfred Sant li aġixxa qisu pappagall għall-propaganda Russa. Hi kompliet tgħid li din l-astenzjoni ttieħdet meta l-Unjoni Ewropea saret taf li l-Federazzjoni Russa sanżjonat lil-President, David Sassoli, u l-Viċi President, Vera Jourova, tal-Parlament Ewropew. Tidher ċar li Metsola għadha taħseb fit-terminu tal-gwerra l-bierda.

Dan l-artiklu mogħti lill-Malta Today huwa wkoll artiklu li fih timbru speċjali. Dan huwa artiklu minħallas mill-Unjoni Ewropea. Forsi għal ħafna, dan jidher li Roberta Metsola qed tagħmel użu tajjeb minn dawn il-flus mogħtija lil kull membru tal-Parlament Ewropew biex jassistu lill-media Maltija. Il-Parlament Ewropew qed iforni lis-sitt membri parlamentari tiegħu bi flus biex iressqu x-xogħol tal-Parlament lejn il-poplu ta’ Malta u jżomm lill-poplu tagħna nfurmat fuq affarijiet li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Biss nixtieq infakkar li Saviour Balzan li għajjarni li jien “gun for hirer”. Mela l-gazzetta tiegħu x’inhi?

Fil-fatt jingħad ukoll li kull ma jinkiteb ma jġorrx l-opinjoni tal-Parlament imma jirrifletti l-opinjoni ta’ min kiteb l-artiklu. Mela l-attakk li għamlet Roberta fuq Alfred Sant ma jirriflettix l-opinjoni ġenerali tal-Parlament Ewropew kollu, imma hija biss l-opinjoni tagħha fuq kollega Malti ieħor. Għalija hija xi ħaġa stramba u innaċċettabbli li l-flus tal-Parlament Ewropew jintużaw biex membri jattakkaw membri oħra li jaħdmu fl-istess parlament. L-aqwa li Saviour Balzan jaqla’ lira.

Hawn qed nitkellmu fuq sitt membri Maltin. M’aħniex qed nirreferi għal xi numru kbir ta’ parlamentari tal-istess pajjiż. Minħabba f’hekk biss inħoss li hija tal-mistħija li membru jattakka membru ieħor minn sitta u dan qed isir fuq pagna mħallsa mill-Ewropa. Malta jrid jibda jkollha front wieħed f’dik li hija politika barranija. Forsi nkunu qed nitolbu ħafna meta nistiednu lis-sitt parlamentari tagħna jiftakru li, la Malta żgħira u n-nies magħrufa, aħna hawn Malta mill-ewwel inkunu nafu x’qed j/tagħmel kull wieħed mill-parlamentari Maltin ġo Brussel.

Forsi nħarsu ‘l quddiem u nibdew nindunaw u nawguraw li dak kollu li jsir, anke minn dawn il-parlamentari, jibda’ jsir b’mod kuxxjenzuż favur pajjiżna. Wasal iż-żmien biex dan il-pajjiż iħares lejn ir-Russja b’għajnejn differenti, fl-interess ta’ pajjiżna u mhux ta’ stati oħra.

One thought on “Alfred Sant għandu raġun: l-aqwa li nattakkaw lir-Russi

  1. Ghandek zball,….mhux lir-russi , izda lil Putin ghax dittatur bill-provi.
    Meta jghogbok titfa blog,…kun ragel, hafna cittadini ma nsegwix Xi jkun ghaddej!
    Itfaghlom video !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *