Il-bżonn ta’ media bl-Ingliż għall-Partit Laburista

Blog post minn osservatur politiku

Il-Lovin Malta dalgħodu tagħtna l-aħbar li l-Partit Laburista ser jerġa’ jkollu media portal bl-ingliż. Il-Partit Laburista qed jinduna li l-messaġġ bl-Ingliż tiegħu ma għadux jasal bħal qabel, allura kellu jirrikorri għal xi tip ta’ soluzzjoni.

Imma l-prova ta’ kemm il-Partit Laburista nqeda bit-Times of Malta fi żmien meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru toħroġ ċara minn din l-aħbar. Għal tnax (12) il-sena sħaħ il-Partit Laburista ilu jinqeda bil-media ‘ingliża’ biex iwassal il-messaġġ tiegħu biex ikisser lill-Partit Nazzjonalista. Issa għandna l-provi.

X’għamel il-Partit Laburista? L-ewwel xtraw lin-nies tat-Times of Malta. Nafu li Keith Schembri, Adrian Hillman, Vince Buhagiar u issa Michel Rizzo jinsabu taħt att ta’ akkuża għal ħasil ta’ flus. Id-daħqa li dan kollu sar taħt għajnejn il-Gvern Nazzjonalista. Iżda nafu wkoll mill-inkjesta li l-espert tal-qorti sabet relazzjoni bejn il-kickbacks lil Hillman u sħabu, u l-influenza editorjali.

Smajna min Chris Peregin innifsu, li meta kien ġurnalist it-Times of Malta, kien jammira ħafna l-agenda ta’ Joseph Muscat. Fil-fatt, meta fetaħ il-Lovin Malta, Peregin baqa’ juri din l-ammirazzjoni lejn Kastilja, almenu sakemm inqatlet Daphne Caruana Galizia.

Konferma ta’ dan kollu huwa l-fatt, li jekk tfittex x’libelli saru f’dak il-perjodu issib li l-Independent u Net News biss kienu jlaqtu libel mill-Gvern ta’ Joseph Muscat. Tant kien ċar u ovvju li dak iz-zmien il-Partit Laburista kien moqdi mil-koxxa li abbandunaw il-portal bl-Ingliż tagħhom (MaltaStar) għax sabu forċina f’portals oħra.

Imma issa nqabdu. L-edituri ta’ dawn l-istess media houses daru kontrihom. Issa nħalli f’idejn il-qarrejja biex jara x’inhi l-vera raġuni għala seħħ dan.

Din li l-Partit Laburista jkollu l-media bl-Ingliż ilna nafu biha. Biss dak li ħareġ ġdid huwa l-fatt li tqabbad l-ex-CEO tal-Partit Laburista u qegħduh editur.

Almenu issa nafu u nistgħu nkunu ċerti li dak li ser joħroġ minn dan il-portal ġdid hu l-messaġġ tal-Partit Laburista u mhux mistur taparsi rappurtaġġ indipendenti bħalma kien jiġri qabel.

One thought on “Il-bżonn ta’ media bl-Ingliż għall-Partit Laburista

  1. Loving Malta ghal snin Shah u ghadhom sal lum il PN jinqeda bil knisja I issa gejt int qisek ilhaqt
    Is seba sema tghajjar il PL ghax inqeda bil Times.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *