Where your opinion counts

Beppe Fenech Adami ma jiġix emmnut anki minn Nazzjonalist li jrid jirranġa l-inġustizzji fl-Armata.

Beppe Fenech Adami tella’ post fuq il-promozzjonijiet fl-armata. Hu qal li ta’ kuljum jiltaqa’ ma suldati li nqabżu fil-promozzjonijiet u li sofrew inġustizzja. Fost dawk li kitbu biex jagħtuh tweġiba kien hemm Carlo Agius, ex-suldat. Lil Carlo Agius nafu sew għaliex kien student tal-istorja fl-Universita’ ta’ Malta. Student ħawtiel u li jistudja, Infatti ġab B.A., għamel MA u anki PGCE. X’ħa ġewwa l-armata? Xejn! U dan kien fi żmien gvern Nazzjonalista. Dan jispjega għala b’ċertu wċuh, il-PN ma jistax jieħu ruħ għaliex dawn għadhom assoċjati ma’ ingustizzji li saru fl-imgħoddi.

Issa tistgħu tgħiduli kif Beppe Fenech Adami ser jagħti lura dak li Carlo Agius u oħrajn tilfu minħabba l-inġustizzji li soffrew? Il-kummenti tan-nies jitkellmu waħidhom dwar l-inġustizzji li soffrew.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *