L-avukat ta’ Johann Cremona hu Chris Busietta, legal partner ma’ Jason Azzopardi
Mela llum kompliet il-kompilazzjoni kontra l-aħwa Agius, Jamie Vella u anki Alfred Degiorgio. Matul din il-kumpilazzjoni tela’ jixhed Melvin Theuma. Thuema semma lil Johann Cremona u l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Skont kif irrappurtat The Times, Melvin Theuma qal li Cremona kien jaf kollox dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Hawn nixtieq infakkar li meta Melvin Theuma kien tela’ jixhed fil-kompilazzjoni kontra Yorgen Fenech, hu kien qal li Johann Cremona huwa ‘a close associate of Yorgen Fenech. Dan minħabba l-involviment ta’ Cremona fil-business tal-Casinos. Dan Cremona kellu uffiċju anki f’Portomaso. Biss hemm dettal li The Times ma qalitux. Ara li hu partner ma’ Yorgen Fenech qalitu.

Din id-darba, Melvin Theuma mar pass oltre milli kien qal fil-kompilazzjoni kontra Yorgen Fenech – għall-inqas minn dak ippubblikat fil-media. Cremona ġie dekritt bħala l-postman ta’ Yorgen Fenech. Hu żied jgħid li Cremona u Fenech qalulu li l-ministru Chris Cardona għamlu kuntatt ma’ l-aħwa Degiorgio.

Biss l-aktar dettall importanti mhux qed jingħad meta l-ġurnali jitkellmu fuq dan il-każ. Hawn nixtieq infakkar f’post li xhur ilu kien tella’ Facebook, Christian Grima. F’dan il-post kien tkellem dwar ditta ta’ avukati li qed jagħtu servizz lil Johann Cremona. Skont Grima, din id-ditta ta’ avukati, li qed tagħti servizz lil Johann Cremona, hija qrib il-familja ta’ Caruana Galizia! Grima kiteb hekk:
“Skond rapport fit-Times of Malta, jirriżulta li l-uffiċju tal-Avukat Jason Azzopardi qed jippatroċina lil Johann Cremona, jiġifieri lill-‘project manager’ tal-għotja tal-Maħfra Presidenzjali li Joseph Muscat, waħdu, flimkien ma’ Keith Schembri, ta lil Melvin Theuma fl-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia u li grazzi għaliha Keith Schembri, Joseph Muscat, possibilment Cardona u ħaddieħor, għadhom jiġru barra.
Jista’ jekk jogħġobu jikkonferma jew jinnega, Jason Azzopardi, jekk dan hux minnu u jekk iva, kif dan ma jikkostitwix kunflitt ta’ interess minn hawn sa Tel Aviv u lura, miljun darba?”
Ara dan id-dettall li l-avukat li qed jagħti servizz lill-persuna li Johann Cremona qiegħed fl-istess uffiċju ta’ Jason Azzopardi ma jingħadx xejn fil-gazzetti tagħna. The Times ma qalitx li l-avukat ta’ Johann Cremona huwa Chris Busietta, li hu partner ma’ Jason Azzopardi. Dan juri f’liema stat jinsab tal-biki jinsab il-ġurnaliżmu Malti.

https://rijock.blogspot.com/2021/04/test-who-are-three-unnamed-individuals.html?m=1