Kumpanija tal-Insurance qed tgħid li mhux ser tonora aktar ħlasijiet maħluqa minn mard jittieħed

Qed inġib ittra li nbagħtet minn kumpanija tal-insurance lokali. F’din l-ittra, din il-kumpanija qed tgħid li hija mhux ser tibqa’ tinxurja jew iħallsu f’każijiet ta’ min jimrad b’mard jittieħed. Dan il-mard qed jissejjaħ ‘communicable disease’. Issa l-Covid19 hija a communicable disease. Biss anki sempliċi influwenza hija communicable disease.

Din l-ittra ġabet tħassib kbir fost dawk li rċevewha. Hemm persuni li għandhom ‘home loan’. Jekk persuna li għandha home loan timrad u tmut bil-covid19, l-insurance ser tħallas il-bqija tal-loan? Hawn qed nitkellmu fuq min għamel tip ta’ life insurance. Ħafna qed jinterpretaw li l-insurance mhux ser tibqa’ tħallas. Fi kliem ieħor, jekk persuna għandha life insurance u din tmut bil-Covid19, il-familja titlef darha. Din tista tgħodd għal min isiefer u jieħu xi mard bħal covid19, l-insurance ma tikkaverjahx. Biss jista’ jieħu sempliċi influwenza u ma jkunx ikkaverjat lanqas.

Hu importanti li l-insurance companies ikunu ċari xi jfisser dan it-tibdil li qed jagħmlu fil-policies tagħhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *