Ġurnalista qabbad persuna biex issus il-passi tal-ex-mara tiegħu

L-aħbar prinċipali tal-lum kienet li persuna mqabbda minn ġurnalista marret sitt xhur ħabs. Dan il-ġurnalista, Victor Paul Borg, qabbad persuna biex jagħmilha ta’ investigatur privat. It-titlu ta’ din l-istorja f’The Times kien “Unlicensed private investigator jailed for stalking lawyer and his client. Man was hired to prove that estranged wife was not really unemployed”.

Minħabba din l-istorja dan ir-raġel, ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar weħel sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li nstab ħati li ħadem bħala investigatur privat biex idur wara u jieħu ritratti tal-ex-mara ta’ dan il-ġurnalista, biex imbagħad dan il-ġurnalista Borg jkun jista’ jesponihom fil-proċess ta’ separazzjoni li għandu.

Dan ir-raġel kien ikkundannat li ħadem bħala investigatur privat bla liċenzja fuq rikjesta ta’ dan il-ġurnalista Victor Paul Borg. Kien ukoll misjub ħati talli ta fastidju lill-ex-mara tal-ġurnalist u tal-avukat tagħha.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud fl-aħħar tal-kummenti tiegħu qal li kienet imġieba ‘disgustanti’ li nvadit il-privatezza ta’ persuna oħra.

Biss dak li ma ntqalx fil-ġurnali li dan il-ġurnalista, jiġifieri, Victor Paul Borg jikteb fix-Shift News. Fil-passat kien ikkritikani għaliex nikteb kif nikteb fuq Yorgen Fenech. Dan hu wieħed minn dawk li jiddiskrivi lil Yorgen Fenech bħala korrott.

Fuq kollox, Victor Paul Borg kien kiteb anki artikli kontra Dr Adrian Delia. Meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia kien innomina lill-avukat Vincent Galea fl-għola organu tal-ġustizzja Maltija. Dak iż-żmien, dan l-avukat Galea kien qed jassisti li Dr Delia f’kawża li huwa kellu. Ħa nikkwotalkom silta milli kiteb dan il-ġurnalist dak in-nhar bħala parti mill-ġurnaliżmu investigattiv tiegħu:

“Adrian Delia’s recent appointment of his lawyer to the highest justice organ – the Commission for the Administration of Justice – is likely to arouse more muttering now that a constitutional challenge to the similar appointee of the former Prime Minister’s lawyer has begun to work its way through the Constitutional Court. The PN leader’s move is being seen as incomprehensible in the context of denunciations of Joseph Muscat’s appointee in the past, Pawlu Lia, an appointment that’s now targeted in a Constitutional lawsuit by Franco Debono”.

Meta taqra diversi artikli tal-ġurnalist Borg u tara l-ġudizzji morali li kien jgħaddi, tgħid dan il-ġurnalist ma kienx jaf li dan l-investigatur kien bla permess u dawn l-azzjonijiet kien ser joħloq konsegwenzi serji bihom? Meta llum qrajt dan l-artiklu dwaru wasalt għall-konklużjoni li dawn huma affarijiet tal-blieh!!!!!!!

https://timesofmalta.com/articles/view/unlicensed-investigator-jailed-for-shameful-stalking-of-lawyer-and-his.868000?fbclid=IwAR2kh-DU6pgmuw_BdXnV0Nl456k7i_YhLPiV73bJRAd890oJyPHuAMWFCns

Leave a Reply