Għaliex Jason Azzopardi ma marx ma’ Bernard Grech fil-Birrerija ta’ Farsons?

Għadni kif tellajt post fejn għidt li Bernard Grech qed jaqbeż għal Jason Azzopardi. Dak li ktibt hu minnu. Biss kitibli xi ħadd u qalli li qed tiġri xi ħaġa stramba bħalissa li wieħed ma jista’ ma jinnotahiex.

Bħalissa, Bernard Grech qed iżur numru ta’ fabbriki. Din hija deċiżjoni tajba. Biss hemm xi ħaġa mhux tas-soltu f’dawn iż-żjarat. Mhux qed jieħu miegħu l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għax-xogħol. Issa l-persuna fil-Partit Nazzjonalista li hu l-kelliem għax-xogħol huwa Jason Azzopardi. Hekk, meta Bernard Grech mar iżur il-birrerija ta’ Farsons, Jason Azzopardi ma kienx miegħu.

Din qed tkun interpretata bħala li Bernard Grech ma jridx jaf b’Jason Azzopardi. Mela għala qed joqgħod jaqbeż għalih? Dak li hu żgur li Jason Azzopardi huwa rrabbjat ħafna.

Fejn is-soltu jien kritiku ta’ Bernard Grech, fuq din il-pożizzjoni, Bernard Grech għandu raġun. Jason Azzopardi huwa sors ta’ ħafna nkwiet fil-Partit Nazzjonalista. Biss Bernard Grech irid ikun ċar fil-azzjonijiet tiegħu. Ma jistax fuq naħa jiddefendi lil Jason Azzopardi, kif kelli ċans nuri fuq blogs oħra u fuq naħa jmur f’dawn it-tip ta’ laqgħat mingħajr ix-shadow risponsabbli mix-xogħol.

L-azzjoni trid tkun ċara u netta fil-politika tal-Kap tal-Oppożizzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *