Il-kliem li qal Dr. Bernard Grech fuq l-IVF ser jintuża biex jissawwat bih

Blog post minn osservatur politiku

Dr Bernard Grech jrid jitgħallem li meta jistaqsuh xi ħaġa fuq suġġett li ma jifhimx fih, ma jirrispondix jew ara kif ser joħroġ minnha. Ikun aħjar għalih, biex ma toħroġ ta’ ċuċ jagħlaq ħalqu u ma jiżżattatx l-aqwa li jirrispondi u jilgħabha tal-bravu.

Inti ġejt mistoqsi din il-mistoqsija fuq Facebook Life minn Maria.

“Jien u r-raġel it-tnejn impjegati u ilna miżżewġin 5 snin. Ilna sentejn nippruvaw għat-tfal iżda ma kellniex suċċess u bdejna l-proċess tal-IVF. Dan mhux veru qiegħed jingħata b’xejn u nemmen ukoll li hemm bżonn ta’ aktar support psikoloġiku f’dan ir-rigward għaliex hija triq diffiċli ħafna. Jista’ fl-aħħar dan il-pajjiż ikollu verament sistema fejn koppji bħalna jiġu mgħejjuna bis-serjeta’ u mhux kliem aritifiċjali biss?”

Ovvjament ridt turi li tifhem f’kollox u jiddispjaċini ngħidlek li spiċċajt irredikolat mhux biss mill-politiċi imma ovvjament mill-esperti fil-qasam. Kemm hi virtu’ sabiħa li tgħid li ma nafx, jew ma nafx id-dettalji kollha, milli taqbad u taqla’ minn żniedek. Inti rrispondejt il-mistoqsija b’dan il-mod:

Ikolli ngħid illi qalbi tingħafas meta nisma’ dawn l-istejjer…… Jiena nixtieq illi jkun hemm aktar aċċessibilta illi l-koppji tagħna, l-individwi Maltin u Għawdxin, jista’ jkollhom it-tfal. Mhux sew illi ngħidu jew li naħsbu illi jekk hemm hurdle ma nistgħux jew ma għandniex nippruvaw naqbżuh. Naf illi kellna diskors fil-politika f’dan ir-rigward, u naf ukoll li kien hemm il-wegħda illi l-IVF f’Malta jkun servizz illi jingħata b’xejn. Sfortunatament l-unika ħaġa li qed tingħata b’xejn hija l-għajnuna medika, il-konsulenza, pero fejn tidħol imbagħad dak li għandek bżonn biex proprju jsir it-trattament dan irid jinxtara u jien kellmuni koppji illi qed jonfqu bejn tlett elef u erba’ t-elef euro biex ikunu jistgħu jagħmlu it-trattament tal-IVF f’pajjiżna. Tant hu hekk li naf ukoll illi għandek kwantita’ kbira ta’ koppji li qed imorru barra minn pajjiżna biex qed jieħdu t-trattament u li qed jieħdu din l-iżbriga li jmorru barra minn pajjiżna biex jieħdu t-trattament hija ċara li sfortunatament pajjiżna mhux veru li t-trattament qed jingħata b’xejn”.

Imbagħad Dr Grech għamel wegħda solenni li meta jkun fil-gvern ser jagħtihom l-għajnuna kollha meħtieġa. Ejja nisimgħu ftit x’qal Dr Chris Fearne f’dan ir-rigward. Dr Fearne qal li kemm ilu li daħal is-servizz tal-IVF f’Malta, li sar taħt il-gvern Laburista, f’Malta twieldu 215 il-tarbija. Il-Ministru kompla li fl-2020 f’Mater Dei saru 180 ċiklu ta’ IVF li minnhom diġa twieldu 12 il-tarbija u hemm 17-il tarbija on the way. Fearne kompla jispjega li Dr Bernard Grech qal li hemm koppji li jkollhom isiefru. Dr Fearne qal li dan huwa veru. Imma dawn il-koppji jkollhom isiefru għaliex hemm sistemi fosthom il-PGD li l-liġi Maltija għadha ma tippermettihiex u li fil-vot dwar din is-sistema fil-Parlament, il-Partit Nazzjonalista kien ivvota kontra.

Issa Dr Grech minħabba r-risposta tiegħek, Fearne fajjarlek sfida. Huwa qallek li dalwaqt ser itella’ fil-parlament riformi fil-liġi tal-IVF u ser jieħdok fuq kliemek. Qed jgħidlek li la int ma tridx tara koppji jsiefru barra biex jieħdu t-trattament tal-PGD, meta ikun hemm il-vot fil-parlament fuq hekk trid tivvota favur ir-riformi li ser jitressqu biex tikkonferma l-paroli li għidt għad-domanda li għamlulek. Tant ser iżommok fuq kliemek li r-recording ta’ dak li għidt Dr Grech ser ifakkarulek meta jasal iż-żmien tal-vot.

Barra r-risposta tal-politiku issa għandek spjegazzjoni dettaljata minn Simone Attard, Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni. Din qalet li

“kull min huwa eliġibbli biex jirċievi s-servizz tal-IVF hawn Malta jħallsu l-flus biex huma jixtru l-mediċina għall-istimulazzjoni. Is-servizzi l-oħra kollha tal-proċess huma mogħtija b’xejn. Jibdew mix-xogħol kollu tal-patoloġija, l-ittestjar tad-demm kollu, il-ġenetika tad-demm, is-servizzi tal-geneticists u neurologists, it-tobba kollha u n-nurses, l-ultrasounds u l-follicle tracking, id-diversi testijiet tul il-proċess kollu, is-servizz kollu tal-embrijoloġija u s-servizz li jiġi wara.

Ms Attard kompliet li l-counselling huwa wkoll servizz li jingħata b’xejn għax huwa obbligu bil-liġi.

Dr Grech aqra tajjeb dan l-artiklu u daħħalha f’rasek biex ma tagħmilx passi aktar milli tiflaħ għax tirredikola lilek innifsek u lill-partit li inti tmexxi.

Leave a Reply