Jason Azzopardi juża l-kompilazzjoni biex jiddistabilizza d-difiża tal-aħwa Degiorgio

Il-bieraħ, l-Erbgħa 21 ta’ April 2021, segwejna t-tmiem tal-kontro-eżami lil Vincent Muscat, magħruf bħala l-Koħħu, marbut mal-kumpilazzjoni tal-qtil makabru ta’ Daphne Caruana Galizia. F’dan il-blog kont tellajt artiklu fit-23 ta’ Marzu 2021 fejn staqsejt għala Dr Jason Azzopardi mhux qed jistaqsi mistoqsijiet iebsin lill-Koħħu.

Għal darba oħra, dan l-istess avukat, li huwa l-avukat tal-familja Caruana Galizia, ġie mogħti l-possibilita’ li jagħmel mistoqsijiet waqt il-kontro-eżami tad-difiża anki jekk hu qed jagħti x’jifhem li hu parti mill-prosekuzzjoni.

Nispera li qed jagħmel ħiltu kollha biex mill-aktar fis possibbli nkunu nafu min kien involut b’mod dirett u anke b’mod indirett f’dan il-pjan ta’ qtil tal-ġurnalista. Infakkar li Dr Jason Azzopardi reġa’ ħela opportunita’ oħra fejn fiha ma staqsa xejn lil Vincent Muscat dwar il-possibilita’ tal-involviment ta’ Keith Schembri. Infakkar li Vincent Muscat deher aktar komdu jwieġeb mistoqsijiet ta’ Jason Azzopardi, milli l-mistoqsijiet tal-avukat William Cuschieri. Għaliex ma ħax vantaġġ ta’ dan il-fatt?

Għalhekk ma nistax nifhem kif ma rassx lil Vincent Muscat, il-Koħħu, fuq Keith Schembri. Infakkar li skont il-Koħħu, Keith Schembri issemma’ bħala n-number one mill-avukat David Gatt. Skont in-Newsweek,

F’dan is-smigħ, ħareġ dettall ieħor importanti. Skont Vincent Muscat, il-Koħħu, dan David Gatt kien ilu jaf bid-delitt mill-2014! Infatti l-avukat tad-difiza Cuschieri

Infakkar li l-media qalet li Yorgen Fenech huma l-mastermind. Kif ma ssemma xejn Yorgen Fenech f’dan il-pjan tal-2014? U jekk vera l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia temmen li Yorgen Fenech huwa l-mastermind, għaliex Jason Azzopardi ma staqsix lil Muscat il-Koħħu, dwar l-involviment ta’ Yorgen Fenech f’dan il-preżunt pjan moħmi fl-2014 jekk hux qabel?

Fuq kollox, il-Koħħu issemma li Alfred Degiorgio kien jgħidlu ħudni Kastilja ħa nkellem lil Chris Cardona u qal li darba rah dieħel mill-bieb tal-ġenb. Għalhekk qed ngħid li hija xi ħaġa stramba ħafna kif l-avukat tal-familja tal-ġurnalista maqtula, ma jistaqsi xejn dwar Keith Schembri jew il-preżunt ħsieb li dan il-qtil kien ilu jinħema mill-2014! Aħseb u ara kemm kien ser jistaqsi fuq il-fatt, li b’kumbinazzjoni, dak in-nhar li nqatlet il-ġurnalista, il-familja Caruana Galizia ħallew il-karozza barra, fatt li reġa’ ġie ikkonfermat mill-Koħħu anki f’din ix-xhieda.

Minflok, Jason Azzopardi uża d-dritt tiegħu biex jagħmel mistoqsijiet li kienu maħsuba biex iħammġu lill-avukat tad-difiża, William Cuschieri u anki l-ex-imħallef Antonio Mizzi, li b’kumbinazzjoni jiġi r-raġel tal-ex-MEP tal-Labour Marlene Mizzi.

Fi ftit kliem, allega li kienu ser iħallsuh 100,000 euro lill-imħallef Antonio Mizzi biex joħroġhom bil-bail. Daħħal fl-istorja lill-avukat tad-difiża, William Cuschieri, f’mument li fih l-istess avukat ma jistax jirrispondi għall-mistoqsijiet għaliex fil-proċess, l-avukati jistgħu jagħmlu biss mistoqsijiet u ma jistax jidħol f’debattitu ma’ Vince Muscat, il-Koħħu, jew jagħmlu affirmazzjonijiet. Infakkar li din l-istorja kienet ġa ħarġet u l-imħallef Mizzi kien ċaħadha kategorikament u qal li qatt ma kien ġie avviċinat.

Issemmiet ittra li skont Jason Azzopardi li kienet ser tintbagħat lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, mill-aħwa Degiorgio. Din issemmiet biex tħammeġ l-avukat Cuschieri. Cuschieri ċaħad li hu kien involut fiha. L-avukat Cuschieri ġibet l-attenzjoni tal-maġistrata fuq dan il-fatt u

Biss l-ikbar ħaġa li ħarġet f’dan il-kontro-eżami huwa li Yorgen Fenech ma ssemma mkien. Issemmu nies oħrajn li isimhom inżamm mistur. Infakkar li l-media, bħat-Times, Malta Today u tal-Isqfijiet kien xebgħu jgħidu li Yorgen Fenech huwa l-mandant. Ara jekk wieħed iħares lejn ir-riportaġġ ta’ The Times ta’ dan is-smigħ tal-kompilazzjoni, Yorgen Fenech xorta ssemma mill-gazzetta, anki jekk l-anqas biss issemma fil-qorti. Tafu kif semmuh? Bħala persuna kompliċi! Mela ma għadux il-mandant issa? U kompliċi ma’ min? Żgur mhux mal-aħwa Degiorgio għaliex Vincent Muscat l-Koħħu l-anqas biss semmieh!

Allura qed nistieden lil Dr Jason Azzopardi jiċċaralna dawn l-enigmi kollha. Il-poplu ġenerali qed jitħasseb ħafna kif Dr Azzopardi qed juża tattiċi nkwetanti li donnhom ma huma ser iwasslu għal ebda kjarezza dwar l-involviment ta’ nies li kellhom karigi għoljin fil-gvern. Fuq kollox l-anqas dwar Chris Cardona ma għamel xi mistoqsija anki jekk illum reġa’ ssemmha. Din hija enigma oħra f’din l-istorja.

Min-naħa l-oħra, għandna tattiċi ċari maħsuba biex tkun distabbilizzata d-difiża f’dawn iż-żewġ kompilazzjoni marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Infakkar, li l-avukati ta’ Yorgen Fenech ġew mixlija li iridu jixtru ġurnalista. Issa Dr. Jason Azzopardi wża dan is-smigħ biex jitfa delliiet koroh fuq l-avukat William Cuschieri anki jekk jaf li dawn mhux minnhom.

X’hemm moħbi u moħmi wara din l-istrateġija kollha? Ma nistax nifhem kif dan l-avukat, li jirrappreżenta l-familja Caruana Galizia, kif ukoll avukat difensur f’kawżi nvoluti ma’ Repubblika, ma jaħdimx biex jagħti sodisfazzjon, jekk mhux lill-Maltin u l-Għawdxin kollha, almenu jagħti rendikont lil dawk in-nies li dejjem attendew għal kull velja jew protesta f’isem Daphne Caruana Galizia.

Naħseb li ħafna bħali qed jistennew aħjar. Jekk ma tistaqsix ma tippretendix tweġibiet. Mingħajr mistoqsijiet ħadd ma għandu għalfejn jirrispondi xejn. Dan huwa nġust meta kollha kemm aħna rridu nkunu nafu, min verament kien imdaħħal f’dan il-qtil. Għaliex kif qed jiżviluppaw l-affarijiet, wisq nibża li fil-qasam tal-ġustizzja ser jkunu repetuti l-istejjer qodma li juru, dak li ili ngħid, li l-proklami ma jaħdmux u l-folka qegħdha hemm għall-iżvinturat.

Leave a Reply