Where your opinion counts

Il-hacking tad-Data fil-Partit Nazzjonalista huwa marbut ma’ hacking li sar fuq id-data tas-Soċjeta’ Ċivili?

Blog post minn Osservatur politiku

Il-bieraħ tellajt blog fejn fih tkellimt dwar storja li ġrat fuq il-website tas-Soċjeta Ċivili li kulħadd jaf li hija abbinat mal-Partit Nazzjonalista. Din il-website tidher li kienet ġiet hacked.

Inħoss li din l-aħbar hija relatata ma’ oħra li kellna din il-ġimgħa. Hu fatt magħruf li bdejna il-ġimgħa b’aħbar mill-Partit Nazzjonalista li kien sofra cyber-attack u li kienet insterqet b’mod illegali xi informazzjoni tal-Partit. Ovvjament li meta jkollok attakk bħal dan tkun saret xi ħaġa mingħajr il-permess meħtieġ. Hekk qalilna s-Segretarju Ġenerali, Dr Francis Zammit Dimech. Biss serħilna rasna li l-Partit Nazzjonalista ħa azzjoni immedjata biex jittaffa l-effett tal-attakk u staqsa għal investigazzjoni mill-Kummissarju tad-Data u mill-pulizija. Sirna nafu li nfetħet inkjesta bil-maġistrat. Imma Dr Zammit Dimech baqa’ lura li jgħidilna konkretament x’tip ta’ attakk kien.

Niftakru sewwa meta attakk simili kien sar fuq il-Bank of Valletta dawn kienu qalulna mill-ewwel x’tip ta’ attakk sar. Times of Malta llum qaltilna min għamel dan l-attakk fuq il-Partit Nazzjonalista. Qaltilna wkoll li min attakka qed jagħti żmien ta’ għaxar t’ijiem biex jintlaħaq xi tip ta’ ftehim finanżjarju. Skond informazzjoni li għandha din il-gazzetta qed jingħad li jekk il-Partit Nazzjonalista ma jikkomunikax u ma jikkoperax f’dawn l-għaxar t’ijiem ma’ dawn il-hackers, huma kienu lesti li joħorġu fid-dominju pubbliku dokumenti sensittivi.

Mid-dehra dawn il-hackers diġa ppublikaw xi dokumenti. Sorsi mill-istess Partit Nazzjonalista qed jikkonfermaw li dak li ġie ppublikat hija data ġenwina. Biex tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni l-Partit Nazzjonalista qed jiġi mhedded li jistgħu jiġu ppublikati data fuq finanzi, impjegati, dokumentazzjoni ma’ banek, data fuq klienti privati, pagamenti u ħafna affarijiet oħra. Qed jiġi mhedded ukoll attakk fuq il-website tal-istess Partit Nazzjonalista.

F’sitwazzjoni mhux sabiħa bħal din il-Partit Nazzjonalista jrid ikun sensittiv ukoll mat-tesserati tiegħu. Irid iżommhom infurmati fuq dak kollu li qed jiġri. Naħseb li jekk għandu diġa dettalji ta’ x’inhuma preċiżament id-dettalji tad-dokumenti misruqa, dawn għandhom jiġu mxandra. Forsi wkoll jistgħu jindikaw fuq liema perjodu ibbażaw l-attakk tagħhom dawn il-hackers. Nammettu li dan huwa żmien diffiċli għall-Partit Nazzjonalista.

Imma ta’ min jieħu din l-okkazzjoni biex jfakkar u fl-istess ħin jimponi aktar skrutinju fuq x’joħroġ mill-Partit Nazzjonalista. Kif irnexxilhom dawn il-hackers ikollhom aċċess għas-sistema tal-Partit Nazzjonalista? Xi ħadd tahilhom? Min?

Niftakru li llum fil-Partit Nazzjonalista hemm nies tas-Soċjeta’ Ċivili. Dawn jidhru li kellhom attakk simili fuq il-website tagħhom. Din b’kumbinazzjoni? Hawn wieħed jistaqsi kemm nies irċivew komunikazzjoni u messaġġi mis-Soċjeta Ċivili kull darba li kien ikun hemm protesta jew velja organizzata l-Belt? Qed ngħid dan għaliex hemm affinita’ bejn it-tnejn? Hawnhekk qed nitkellmu fuq listi sħaħ ta’ ismijiet ta’ persuni. Mal-ismijiet kien hemm ukoll mobile numbers u indirizzi. Mnejn ġiet din l-informazzjoni?

Sfortunatament il-Partit Nazzjonalista ħalla ħafna affairijiet isiru u issa jidher li qed jinqalgħu l-problemi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *