Is-Soċjeta’ Ċivili tneħħi poll li kellha wara li bdew tellgħin ħafna likes mill-Indja u mill-Etjopja.

Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jgħid li huwa vittma ta’ cyber attack.  Dan qalu s-segretarju tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech. Biss dak li ma qalx Zammit Dimech kien li l-Partit Nazzjonalista ma jidhirx li kien waħdu vittma ta’ dan ic-cyber attack. Miegħu jidher li kien hemm ukoll ċ-Civil Society.

Qed ngħid dan għaliex waqt li nhar it-Tnejn, il-Partit Nazzjonalista kien qed soffri minn attakk ċibernetiku, ġara xi ħaġa stramba fuq is-site tas-Socjeta’ Ċivili. Kif nafuh dan? Dan nafuh għaliex il-bieraħ t’lura, is-Soċjeta Ċivili kienet qed torganizza poll jew survey ta’ min hu l-aqwa mexxej, jekk hux Bernard Grech, Carmel Caccopardo jew Robert Abela. Biss dan il-poll tħassret il-bieraħ filgħodu wara li bdew telgħin ħafna u ħafna likes favur Bernard Grech minn Indjani, Etjopjani etc. Aktar kien hemm fakes milli residenti Maltin jivvutaw f’dan is-survey. Dan wassal biex ċ-Civil Society neħħiet dan il-poll.

Mela hemm tliet raġunijiet għala kien hemm ħafna likes. L-ewwel waħda hija dik li dawn kienu parti dan l-attakk ċibernetiku li sar fuq il-Partit Nazzjonalista. Daħħlu fis-sistema anki tas-Soċjeta’ Ċivili u wżaw din l-istrateġija biex jibgħatu messaġġ. It-tieni, il-persuna jew persuni li joperaw dan is-site ħalla ħafna minn barranin jidħlu membri. It-tielet, jista’ jkun li qed jitħallsu strutturi barranin biex jgħollu l-hits fuq il-website tas-Soċjeta’ Ċivili. Jekk qed jagħmlu hekk, issa kulħadd nduna. Biss minn dawn it-tliet raġunijiet aktar naħseb li s-site tas-Soċjeta’ Ċivili kienet wkoll vittma ta’ dan l-attakk ċibernetiku bħal ma kien il-Partit Nazzjonalista.

Irrispettivament minn liema hija t-tajba, din l-istorja tikkonferma tliet affarijiet. L-ewwel li s-Soċjeta’ Civili u l-Partit Nazzjonalista huma ħaġa waħda. It-tieni li s-Soċjeta’ Ċivili qedha topera id f’id mal-Partit Nazzjonalista u tielet li għandha bażi fid-Dar Ċentrali.

Leave a Reply