Bernard Grech bi strateġija ta’ Divide et Impera wara d-diskors tal-Ħadd: Lovin Malta tikteb lid-deputati

Id-diskors li għamel il-Ħadd li għadda Bernard Grech lill-ġurnalist tal-Malta Independent ġab rabja kbira fil-Partit Nazzjonalista. F’dan id-diskors, Bernard Grech qal li l-veterani għandhom iwarrbu. Dan ġab ferment kbir fost id-deputati tant, li kif ħabbart dalgħodu, Bernard Grech beda jibgħat għal numru ta’ deputati u jitlobhom l-għajnuna tagħhom. Milli jidher mhux ser ikun qed jibgħat għal kulħadd imma għal numru magħżul. L-istrateġija hija dik ta’ “divide et impera” jew “aqsam u saltan”.

Waqt li fi żmien Adrian Delia, il-Partit Nazzjonalista kien maqsum fi tnejn, Bernard Grech irnexxilu jgħaqqad lid-deputati flimkien meta qal li x-xjuħ għandhom jagħmlu spazju għall-ġodda. Bir-riżultat li dawk li kienu kontra Adrian Delia, issa spiċċaw jgħidu li kien ħafna aħjar fi żmien Adrian Delia milli issa.

Nista’ niżvela li Bernard Grech qed jieħu il-pariri mingħand Hermann Schiavone u Claudio Grech. Hija l-idea ta’ Claudio Grech li l-Partit Nazzjonalista jeħles mid-deputati veterani fil-Partit Nazzjonalista.

Huwa f’dan il-kuntest li Bernard Grech qed jibgħat għall-uħud mid-deputati jitlob l-appoġġ tagħhom. Hu qed jgħidilhom biex ikunu umli u jagħtuh is-support tagħhom. “Support me” qed jgħidilhom ħalli nkun nista’ nagħmel aktar tibdilit fil-Partit Nazzjonalista.

B’hekk irid jibni politika ta’ ‘ifred u saltan’. Dan wassal biex numru ta’ deputati, inkluż numru li kienu wara l-għażla tiegħu bħala kap, spiċċaw jitkellmu kontra tiegħu. Dan l-inkwiet spiċċa ħareġ fil-pubbliku. Issa deputati li kienu warajh qed jgħidu li Bernard Grech hu agħar minn Adrian Delia. Jason Azzopardi mar fuq Facebook u tella’ dak il-famuż post fejn ikkwota lil Ronald Reagan.

Sadanittant, Lovin Malta bagħtet email lid-deputati Nazzjonalisti. Id-deputati ġew mogħtija direzzjoni mill-Partit Nazzjonalista kif iwieġbu din l-email. Ġew ordnati jgħidu li għandhom fiduċja f’dak li jgħid il-kap. “Jien għandi fiduċja assoluta fil-Kap Bernard Grech” qalulhom biex iwieġbu.

Din l-email u t-tweġiba għaliha qed tittieħed bħala strateġija interna fejn id-deputati ser ikunu marbuta pubblikament, permezz ta’ dak li ser tkun qed tippubblika Lovin Malta, li huma taw blank cheque lil Bernard Grech li jagħmel li jrid u b’hekk dawk id-deputati li jirrispondu li huma għandhom fiduċja assoluta fil-kap Bernard Grech ikollhom jobdu d-deċiżjonijiet kollha li Bernard Grech jitlob minn għandhom.

Leave a Reply