Silvio Debono tad-DB jwaqqa’ l-libelli li kien għamel kontra Daphne wara li leħaq ftehim mal-familja Caruana Galizia

Niftakar qisu l-bieraħ meta lejn l-aħħar ta’ Awwissu tal-2017 Dr Adrian Delia kien ressaq erba’ libelli kontra Daphne Caruana Galizia (RIP) talli kienet qalet li hu, Adrian Delia kien qed jaqla’ l-flus mill-prostituzzjoni ġewwa Londra. Dr Delia kien, b’mod kategoriku, ċaħad din l-allegazzjoni u għamel dawn il-libelli.

Fis-17 ta’ Ottubru 2017, jiġifieri l-għada tal-qtil brutali tal-ġurnalista Caruana Galizia, Dr Delia kien waqqa’ dawn l-erba’ libelli. Kemm qala’ tgħajjir għal din id-deċizzjoni. Kemm ħamġuh u qalulu xorti talli waqqa’ dawn il-libelli. Biex nikteb xi ftit mit-tgħajjir li qala’ ukoll insibha bi kbira.

Niftakar tas-soċjeta ċivili, il-paladini tas-saltna tad-dritt, jiktbu u jgħajru kemm jifilħu lil Dr Adrian Delia. Ma aċċettawx li dak li kien għamel kien għamlu b’rispett lejn il-ġurnalista u l-familjari tagħha.

Ftit tal-ħin ilu sirna nafu permezz ta’ artiklu fit-Times of Malta li Silvio Debono waqqa’ dsatax (19) il-libell li hu kien fetaħ kontra Daphne Caruana Galizia.

“DB Group owner Silvio Debono and the Caruana Galizia family have reached a settlement that effectively ends 19 libel suits which the business mogul had filed against Daphne Caruana Galizia four years ago”.

It-Times tkompli tgħidilna hekk:

Following that statement, an agreement was thrashed out between the litigants and their lawyers to end the dispute.

The agreement concluded in late March, sees Debono agree to withdraw all cases and all claims against the journalist’s heirs. The Caruana Galizia family, on their part, agreed to withdraw all pleas filed against Debono.”

Il-gazzetta Times of Malta qed tgħidilna li dan sar wara li ntlaħaq ftehim (settlement) mal-familja Caruana Galizia wara li ilu li fetaħhom erba’ snin. Fejn hu l-ġurnaliżmu investigattiv f’dan il-każ?

Infakkar li dawn il-libelli kienu nfetħu minn Silvio Debono f’Marzu tal-2017 bħala riżultat ta’ artikli li kienet kitbet il-ġurnalista fuq il-ftehim kontroversjali li kien sar dwar l-art fejn kien hemm l-ITS fil-bajja ta’ San Ġorġ.

F’Novembru li għadda, Silvio Debono kien qal lil tliet imħallfin li huwa mhux bniedem vendikattiv u xtaq isib kompromess. Fil-fatt wara dak li stqarr Debono intlaħaq ftehim mal-avukati li wassal biex ingħalqu dawn il-proċeduri. Il-lum ġie fi tmiemu dan l-arranġament u hekk spiċċaw il-proċeduri kollha dwar dawn it-19-il libell. Min-naħa tal-familja waqqgħu li jirtiraw il-“pleas” jew talbiet li kienu għamlu kontra Silvio Debono.

Mela dawk li kienu jgħidu li Adrian Delia ċeda l-libelli biex jgħatti xturu, issa x’se jgħidu? Min qed jagħti xturu f’dan il-każ?

Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia setgħet ħalliet il-libelli ħalli jistaqsu li jridu lil Silvio Debono. Iżda l-familja, għal raġunijiet li għadna ma nafuhomx, għażlet mod ieħor. Għażlet li tilħaq ftehim jew arrangament ma’ Silvio Debono. Għaliex?

Il-familja Caruana Galizia għażlet li jċedi s-sottomissjonijiet li għamlet kontra d-DB, waqt li Silvio Debono ċeda l-libelli.

Fejn huma tar-Repubblika? X’ser jgħidu issa?

Nistennew u naraw.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *