L-avukata Anna Mallia tiftaħ kawża kostituzzjonali għaliex il-proċess tal-għażla tal-imħallef ma sarx skont il-kostituzzjoni

L-avukata Anna Mallia għadha kif ippreżentat rikors kostituzzjonali, jiġifieri qed tagħmel kawża kostituzzjonali fejn fiha qed titlob lill-qorti biex tiddeċiedi li l-kumitat li sar għall-ħatra tal-imħallfin ma kienx kostitwit skond il-kostituzzjoni meta saru l-interviews ta’ dawk li xtaqu jsiru mħallfin. Fuq kollox l-avukata Mallia qed tgħid li l-kumitat mar “ultra vires”, jiġifieri mar lilhinn minn dak li titlob l-istess liġi, meta għamel regoli ta’ x’għandu jiġri meta maġistrat jew maġistrata li tkun memrbu fil-kumitat tastjeni għaliex tapplika biex issir imħallef. F’dan ir-regolament, il-kumitat tal-għażla iddeċida li xorta waħda jista’ jagħmel l-interviews mingħajr ma jkun hemm il-maġistrat jew maġistrata preżenti fil-istess kumitat. Fuq kollox dawk li ma jintagħżlux mil-president biex isiru mħallfin, jibqgħu fuq l-lista għal sentejn. B’din ta’ l-aħħar ifisser li jekk matul dawk is-sentejn jkunu jridu jinħatru mħallfin ġodda, dawn jinħatru minn din il-lista u mhux permezz ta’ interview ġdid.

Jekk il-qorti taqbel mat-talba li qed tagħmel l-avukata Mallia jkun ifisser li dan il-proċess kollu tal-għażla jrid jiġi kkanċellat.

Fit-talba mirquma tagħha, l-avukata Mallia qed tgħid li peress li persuna li kienet fuq il-bord tal-għażla ddeċidiet li tapplika għall-imħallef, il-bord kellu japponta persuna oħra minflokha. Din il-persuna hija l-maġistrata Gabriella Vella. Minflok irreżenjat, l-maġistrata Vella astjeniet għax applikat u flokha ma sar ħadd fuq il-bord. Skont il-kostituzzjoni, il-bord tal-għażla ried ikollu maġistrat fuqu. Peress li l-maġistrat li kien fuq dan il-bord, iddeċida li japplika biex isir imħallef, dan ma ġiex sostitut billi l-maġistrati ntalbu jappuntaw persuna oħra minn fosthom biex tpoġġi fuqu. Minflok, il-bord tal-għażla għamel sett ta’ regolamenti ad hoc kif spjegjat fuq jirregola din l-eventwalita’. L-avukata Mallia qed tqies li dan il-proċess sar kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta.

B’hekk l-avukata Mallia qed targumenta li dan il-bord tal-għażla ma kienx magħmul skont l-artiklu 96A tal-Kostituzzjoni ta’ Malta li jirregola l-ħatra tal-imħallfin.

Fuq kollox l-avukata Mallia qedha bir-raġun titlob li l-proċeduri jkunu bil-miftuħ bħal ma jsir f’ħatriet oħra pubbliċi waqt li r-regoli li saru minn dan il-bord, inkluż dik ta’ kemm idumu validi l-għażliet li jkunu saru huma ultra vires, jiġifieri jmorru kontra l-istess artiklu 96A tal-istess Kostituzzjoni ta’ Malta.

Dan ifisser li sakemm tkun deċiża din il-kawża li qed tattakka l-mertu tal-għażliet infushom ikun imprudenti, jekk mhux diffiċli għall-President ta’ Malta biex jappunta l-imħallfin magħżula minn dan il-bord. Dan għaliex meta dan il-bord għamel l-għażliet tiegħu seta’ potenzjalment ma kienx kompost skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Leave a Reply