Bernard Grech jammetti li qed imexxi Partit Kommunista

Naħseb li nkun qed ngħid is-sewwa ninkludi lili nnifsu meta ngħid li Bernard Grech illum qed imexxi Partit Kommunista. Dan għaliex Bernard Grech qal li lest jirreabilita’ lura persuni fl-Partit Nazzjonalista. Qed ngħid dan biss, għaliex f’dan l-artiklu ser inkun qed niktbu f’isem dawk in-Nazzjonalisti li telqgħu u ġew imkeċċija mill-Partit Nazzjonalista. Jien ser inkun qed ninkludi ruħi magħhom allavolja qatt ma ġejt imkeċċi.

L-ewwel nibda biex ngħid, li sa fejn naf jien, ma ġie mkeċċi ħadd mill-Partit Nazzjonalista. Min telaq, telaq minn rgħajh. Kien hemm ħafna oħrajn bħali li ġew ostakolati anki jekk qatt ma tlaqt. Mela kif jiġi kap ta’ partit u jgħid li jrid jirriabilta lil dawn in-nies? Il-kelma tirriabilita’ tfisser li persuna trid tgħaddi minn proċess biex terġa ssir parti minn organizzazzjoni. Mela issa nafu li aħna rridu ngħaddu minn proċess, li bir-rispett kollu, lanqas Dr Grech ma jaf x’inhu, u wara niġu aċċettati lura.

Dr Grech, meta ma tkunx taf xi tfisser il-kelma jaqbillek ma tużahiex għax toħroġ ta’ ħmar, jekk mhux bħalma għamilt din id-darba ta’ kattiv. Fil-Malti, ngħidu toħroġ ta’ mażetta. Sur Kap tal-Oppożizzjoni meta wżajt din il-kelma kont qed tirrispondi mistoqsija politika, allura l-kuntest ta’ riabilitazzjoni huwa kunċett politiku. Kull ma għamilt użajt l-espressjoni ‘political rehabilitation’ u Wikipedia tagħtik din id-definizzjoni:

“Political rehabilitation is the process by which a member of a political organization or government who has fallen into disgrace is restored to a positive public image. The term is usually applied to leaders or other prominent individuals who regain their prominence after a period in which they have no influence or standing, including deceased people who are vindicated posthumously. Historically, the concept is usually associated with Communist states and parties where, as a result of shifting political lines often as part of a power struggle, leading members of the Communist Party find themselves on the losing side of a political conflict and out of favour, often to the point of being denounced or even imprisoned”.

Ser ikolli nammetti li mill-kummenti kollha li rajt fuq Facebook, laqatni l-iżjed il-post ta’ John Busuttil, ex-impjegat tal-media Nazzjonalista, li llum sab postu u qiegħed komdu fil-Partit Laburista. John Busuttil għamel kumment mill-att ta’ riabilitazzjoni kif jifhmu il-poplu Malti llum. Ma tantx kien kumplimentuż ma’ Dr Grech u nista’ napprezza għaliex:

“Isthi jekk int qed tqabbilni ma drogat jew kriminal li għax mort mal-Labour għandi bżonn niġi riabbilitat biex taċċettani lura. Flok titlob skuża f’isem nofs il-partit li għandek li kissru kulma kont nemmen fih u għadhom imexxu. Hu l-PN li jrid jirriabilita ruħu u mela jien. Sadattant ngħidlek li jien ġejt riabbilitat meta vvutajt Labour u se nerġa’, għax inħossni aktar komdu”.

Kien hemm iżjed min ikkumentalek Dr Grech u ebda kumment mgħoddi ma tantx ser tieħu pjaċir bih. Nispera li l-ġenerali li għandek madwarek ġibdulek l-attenzjoni għal dawn il-kummenti. Għidilhom ifhemuk li diskors bħala dan iweġġa’. Diskors bħal dan mhux talli ma jressaq ebda votant lura lejn il-Partit Nazzjonalista, imma kull ma jagħmel ibiegħed lill-persuna u xi familjari tiegħu magħha. Li tgħajjar għal ebda raġuni ta’ xejn hija att viljakk u bla sens. Huwa turija ta’ suppervja li sfortunatament qed tkun murija ta’ sikwiet mill-kap preżenti. Dr Grech il-politika hija logħba li int għadek ma tgħallimtx ir-regoli tagħha. Qabel terġa tpoġġi mikrofoni quddiemek, poġġi ftit zokkor fuq ilsienek u ftakar li bil-kelma t-tajba toħroġ il-far mit-toqba.

Biss jekk xejn bi kliemu, Dr. Grech ikkonferma dak li George Tabone (Tal-Gram) ilu jgħid fuq il-Partit Nazzjonalista meta f’intervista li ta lil John Busuttil, qal li l-Partit Nazzjonalista, sar (u dan fi kliemi) Partit Kommunista. Kif intqal tajjeb fit-tifsira politika ta’ reabilitazzjoni, dik il-frazi kienet tintuża mill-Partiti Kommunisti biex jirriabilitaw nies li l-istess partit kien ikun kisser bit-teoriji fażulli tiegħu.

Leave a Reply