Tat-Times idaħħlu fl-ixkora lil sħabhom tal-media l-oħra

Blog post minn osservatur politiku

Kieku għadu ħaj il-Profs Guido de Marco konna ngħidu li l-istrateġija tat-Times li jġibu lill-kmamar tal-aħbarijiet l-oħra jappoġġjawhom kienet waħda ispirata minnu. The Politics of Persuasion huwa ktieb tal-Profs de Marco fejn jispjega l-istrateġija li kien kapaċi juża tul il-karriera illustri tiegħu, kemm fil-politika lokali kif ukoll fil-fora internazzjonali. Il-familja de Marco flimkien mal-familja Ganado għandhom il-kontroll tal-Fondazzjoni Strickland, li min-naħa tagħha għandha s-saħħa fuq il-kumpaniji Allied Print u Progress Press.

Adrian Hillman, li kien il-bestman ta’ Mario de Marco, spiċċa fil-kariga ta’ Managing Director grazzi għar-rabta li dejjem kellu mal-familja de Marco. Issa li kien Hillman li avvelixxa lill-istess Times of Malta u lill-familja de Marco, tat-Times riedu jsibu mod kif jibdew jirranġaw l-immaġini tagħhom. Ovvjament studjaw modi biex jippruvaw forsi jiksbu lura ftit kredibbilita’.

B’hekk sabu l-ispirazzjoni fil-politika tal-perżwazzjoni u ma’ l-ewwel opportunita’ li sabu’ qabżu fuqha biex magħhom jiġbdu lin-newsrooms l-oħra. B’hekk issa t-Times ma baqgħetx waħedha taqla’ bil-frosta mill-opinjoni publika, wara li sirna nafu mill-inkjesta pubblika li skont espert tal-qorti, Keith Schembri kien jgħaddi l-kickbacks biex jinfluenza l-linja editorjali tat-Times kontra Lawrence Gonzi.

Issa rnexxielhom jerġgħu jidhru ta’ paladini tal-governanza tajba għaliex kif jgħid il-Malti: ma min rajtek xebbaħtek. Biss ninsab skantat l-aktar b’ Saviour Balzan. Skantajt kif Saviour Balzan, wara li tat-Times xebgħu jipprovaw iżebilħuh, u hu spiċċa jgħajjarhom, malajr reġgħu għamlu ħbieb. Issa aċċetta li jassoċċja ruħu flimkien magħhom. L-istess jgħodd għall-media l-oħra li mhux dejjem raw għajn m’għajn. Wieħed irid ifakkar li Daphne Caruana Galizia kienet spiċċat mal-Independent wara li kienet ġiet iċċensurata minn The Times. Ara fuq din l-istorja ħadd ma jikteb u jsemmi xejn aktar!

Imsomma never a dull moment f’dan il-pajjiż jew forsi aħjar ngħidu li birds of the same feather flock together jew kif ngħidu bil-Malti, ma min rajtek xebbaħtek.

Leave a Reply