Il-poplu għandu jiddeċidi huwa liema ditta ta’ vaċċin jieħu u mhux il-Gvern jiddeċiedi għalih

Kontributur

Mela hekk kif il-programm tal-vaċċinazzjoni kontra il COVID-19 hawn Malta miexi b’mod avvanzat, lejn l-aħħar tal-ġimgħa l-oħra, il-Gvern ħabbar skema biex dawk il-persuni li huma minn 50 sena ‘il fuq jistgħu jirreġistraw ruħhom biex jieħdu it-titqiba kontra l-Covid19.

Din l-iskema tħabbret fi żmien meta fl-aħbarijiet ħarġet informazzjoni li vaċċin partikulari, dak bl-isem ta’ AstraZeneca, qed jiġi assoċjat li jista’ għandu “side effect” rari li joħloq trombosi – “blood clots”. Din l-aħbar tintrabat ukoll ma’ aħbar oħra fejn il-ġimgħa l-oħra ukoll, EMA tat update lill-awtoritajiet tas-Saħħa Ewropej fuq l-istess vaċċin. Din id-darba, EMA ammettiet u aċċettat li dan l-imsemmi vaċċin jista’ rarament joħloq “Blood clots”. Nistaqsi jekk din qegħdhiex titniżżel bħala possibilita’ ta’ side effect marbuta ma’ dan il-prodott.

Apparti li għalija din l-istqarrija hi tal-mistħija, jekk mhux skandlu, għax jekk EMA verament għandha għall-qalbha ċ-ċittadini Ewropej, messa issospendiet dan il-vaċċin milli jiġi amministrat aktar u talbet lill-AstraZeneca terġa’ tistudja il-vaċċin tagħha ħa tirrevoka dak li jista’ jidher bħala diffett – rari kemm hu rari. U mhux bla mistħija ħarġet bl-iskuża vili li l-benefiċċji tal-vaċċin huwa ħafna aktar ikbar milli tista’ tagħmel ħsara!

Dan seta’ jsir, għax jeżistu alternattivi oħrajn għaliha. Fis-suq ġa hemm żewġ vaċċini oħra li jaħdmu kontra l-imxijja tal-COVID-19, dak ta’ Pfizer u l-ieħor ta’ Moderna. Fuq dawn iż-żewġ vaċċini ma ħarġux s’issa aħbarijiet inkwetanti, u wieħed irid isemmi li l-vaċċin tal-Pfizer ħareġ fis-suq qabel dak tal-AstraZeneca!

Nerġa’ immur lura fuq is-suġġett tal-iskema tar-reġistrazzjoni li ġiet imnedijja. Mela wieħed jista’ jirregistra on-line billi iżur is-sit elettroniku bl-isem vaccin.gov.mt. Pero, meta wieħed jidħol biex jirreġistra, ma jsibx l-għażla ta’ liema ditta ta’ vaċċin jixtieq jieħu!

Għal li jista’ jkun, ma aħniex ġejjin f’stat semi-dittatorjat hux? Għax, waqt li ittehid tal-vaċċin mhux obbligatorju, jidher li wieħed ma għandux għażla ta’ liema ditta ta’ vaċċin jieħu! Jien din qed noħodha bħala li l-Gvern ta’ Malta lest li jieħu dan ir-riskju ikkalkulat fuq iċ-ċittadini tiegħu, basta ma jaqgħax lura fi-programm tal- vaċċinizzazjoni kontra il-COVID-19. Dan biex ikun jista’ jibqa’ jiftaħar li Malta hija l-aqwa fid-dinja?

Nixtieq nistaqsi, anki permezz tas-site tiegħek jekk l-vaċċin ta AstraZeneca huwiex ħafna irħas min dik tal-Pfizer?

Napprezza jekk l-awtoritajiet jaqraw din l-ittra tiegħi u jagħtuni kjarifikazzjoni.

Grazzi

https://www.ema.europa.eu/en/news/astrazenecas-covid-19-vaccine-ema-finds-possible-link-very-rare-cases-unusual-blood-clots-low-blood

Leave a Reply