Il-Partit Nazzjonalista jrid lil Giovanna Debono mill-ġdid fuq il-karta tal-vot

Wara li ktibt l-artiklu dwar il-fatt li Dr. Chris Said ħiereġ kandidat Nazzjonalista fuq Għawdex kitbitli persuna minn Għawdex u qaltli li hija ma għandha

xejn personali kontra Chris Said, imma wieħed irid jiftakar li Chris Said kien mibgħut minn Simon Busuttil biex isaħħaħ l-Għawdex. Sfortunatament dan il-pjan ma rnexxiex. Ir-riżultat kien li għall-ewwel darba, il-Partit Nazzjonalista tilef it-tielet siġġu f’Għawdex. Issa jekk dan kien tort ta’ Chris Said ma nafx. Issa jekk il-Partit Nazzjonalista jaħseb li bi Chris Said fuq il-lista tal-kandidati għal Għawdex, il-Partit għandu x’jakkwista, min jien jien biex mmur kontra d-deċizzjoni tal-amministrazzjoni tal-Partit“.

Din il-persuna kompliet tgħidli jekk:

jiena nixtieq ngħid dan lill-Partit Nazzjonalista. Jekk verament, il-Partit Nazzjonalista jrid isaħħaħ Għawdex, ngħidlu biex iħeġġeġ lis-Sinjura Giovanna Debono biex terġa toħrog bħala kandidata mal-Partit Nazzjonalista. Is-Sinjura Giovanna Debono għad għandha ħafna x’toffri. Jien persważ li b’Giovanna Debono fuq il-karta tal-vot u fil-lista tal-Partit Nazzjonalista, ikun hemm ċans tajjeb ħafna li l-votant Għawdxi jerġa’ jagħżel lill-Partit Nazzjonalista.

Lil dan is-sinjur nista’ ngħidlu li hemm persuni fil-Partit Nazzjonalista li qed jiġru wara Giovanna Debono biex toħroġ fuq Għawdex u din kienet il-vera raġuni għala Chris Said tella’ dak il-post, malajr malajr, fejn ħabbar li ser jerġa’ jkun kandidat Nazzjonalista fuq Għawdex fl-elezzjoni li ġejja.

Leave a Reply