Political frame-up jew trabokk politiku?

Tony Bezzina qed jgħid li huwa vittma ta’ political frame-up fuqu. Dan qalu lill-ġurnalisti wara li ħareġ minn erba’ siegħat ta’ interrogazzjoni mill-pulizija. Hu qed jgħid dan fir-rigward tal-akkużi li l-pulizija ser tkun qed tmexxi kontra tiegħu minħabba li qed ikun akkużat li fl-2012, huwa wża ħaddiema tal-Gvern fuq xogħol fil-Każin Nazzjonalista taż-Żurrieq.

Jien mhux ser nidħol fuq dan il-każ anki jekk nara ftit stramba li issa l-pulizija qed tinvestiġa dan il-każ li seħħ fl-2012 u mbagħad, serq ta’ propjeta’ tal-Gvern f’Għajn Dwieli, li dwarha d-Dipartiment tal-Artijiet kien għamel rapport lill-pulizija fuq fl-2013, għadna ma nafu xejn fuqu.

Biss verament Tony Bezzina hu vittma ta’ frame-up jew huwa vittma ta’ trabokk minn sħabu stess, għaliex hemm min irid jeħles minnu fil-Partit Nazzjonalista?

Qed ngħid dan għax jekk verament l-economic crime unit tal-pulizija qed jinħlew wara każ li seħħ disa’ snin ilu fuq allegatament użu ta’ ħaddiema tal-gvern, verament ma tantx għandhom xogħol f’dan id-dipartiment! S’intendi sakemm ma hemmx stejjer oħra li aħna ma nafux bihom. ????????

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *