Verament f’dan il-pajjiż għandha media tal-bigilla

Mela llum naqraw li seba’ media ngħaqdu flimkien minħabba d-deċizzjoni tal-maġistrata Rachel Montebello li tqiegħed lil The Times u xi media oħra taħt contempt of court jew disprezz lejn il-qorti. Tajjeb. Ma għandix problema b’dan. Biss trid tkun ipokrita biex titkellem issa. Għala din l-istess media ma tkellimtx qabel meta kien hemm każijiet simili?

Ara meta l-istess Maġistrata qegħdet lili taħt contempt of court jew disprezz lejn il-qorti, hemmhekk id-diskors kien differenti. Hemmhekk id-diskors kien kemm hija tajba l-maġistrata u sew għamlet ħalli jien nitgħallem. Hemmhekk ma kienx hemm l-ebda leħen ta’ solidarjeta’. Anzi l-ilħna kienu ta’ ħdura u saħansitra kien hemm min talab lir-rettur tal-universita’ biex inkun investigat u kien hemm minn talab li anki nitkeċċa!

Leave a Reply