Tony Zarb jibgħat coded message lil Malta Today fuq is-survey li ħiereġ għada?

Għada ħerġin żewġ surveys. Wieħed tal-Malta Today u l-ieħor ta’ Vincent Marmara fuq it-Torca. Fuq dawn is-surveys kiteb Tony Zarb. Bil-mod li kiteb, qed jagħti wieħed x’jifhem li jista’ jkun hemm l-avariji bejniethom. Hu jirreferi għal surveys passati. Fuq dawn is-surveys kelli ċ-ċans nikteb u għidt li r-raw data bejn it-tnejn hija l-istess imma l-avarija hija fil-mod kif inħadmu l-kalkuli u l-parametri li intużaw li wasslu għall-interpretazzjonijiet differenti.

Din id-darba, dawn iż-żewġ surveys ser jerġgħu jużaw parametri differenti? Issa jidher li l-elezzjoni qed toqrob u għalhekk hu fl-interess tat-tnejn li jkunu eżatti għaliex żball jibqa’ jissemmgħilhom għal dejjem.

Għaliex Tony Zarb kiteb dan il-messaġġ? Tgħid qed jibgħat xi coded message lil Malta Today? Dak li hu żgur huwa din hija botta lejn is-survey li l-Malta Today ser ikunu qed jippubblikaw għada. Ma għandix dubju li Tony Zarb jaf dwar x’fih is-survey ta’ Marmara. Biss jaqaw Tony Zarb jaf xi ħaġa li aħna ma nafux dwar dan is-survey tal-Malta Today?

Leave a Reply