Jason Azzopardi u Karol Aquilina jitkellmu dwar id-droga li rċevew għax l-elezzjoni fil-qrib

Blog post minn osservatur politiku

Nixtieq nibda biex ngħidlek proset tal-post li tallajt fuq l-istqarrija li ħarġu Karol Aquilina, Jason Azzopardi, David Casa u Simon Busuttil. Dak li nixtieq inżid huwa li jidher li l-elezzjoni qiegħda fil-qrib. Jason Azzopardi qed jfakkar din l-istorja li ġrat xi sentejn ilu biex jiġbed is-simpatija. Jidher li rnexxilu fl-aħħar jinvolvi lill-oħrajn miegħu. Din l-istqarrija turi li dan id-deputat qiegħed f’panic mode ta’ qabel kull elezzjoni. Għaliex qed ngħid dan. Qed ngħid dan għaliex din l-istqarrija l-aktar li tolqot lil dawk li daqt ser ikollhom jaffaċċjaw elezzjoni. L-elezzjoni ġenerali li ġejja tinteressa biss lil Jason Azzopardi u Karol Aquilina. Sa fejn jien, Simon Busuttil u David Casa għadhom ma wrewx interess f’din l-elezzjoni. Jekk din l-istorja ilha li seħħet sentejn għalfejn qed jitkarrbu issa li għadhom jistennew risposta u kjarifikazzjoni mill-pulizija fuq dak li ġara?

Kemm tidher ċara u ovvja li Jason Azzopardi u Karol Aquilina qed jipprovaw jiġbru ftit voti f’każ li tiġi l-elezzjoni bikrija. Din l-istqarrija hi tentattiv ieħor fil-kampanja ta’ dawn iż-żewg ‘Blue Heroes’ biex jippruvaw jiġbru ġieħhom mal-elettorat Nazzjonalista. Dawn min għalihom li jridu jnessu l-ħsara kbira li għamlu lill-Partit Nazzjonalista wara li serqulu l-kap elett demokratikament.

Dawn iż-żewġ heroes min għalihom li n-Nazzjonalisti veri ser jinsew li marru għand il-President jippruvaw jilagħbu mal-kostituzzjoni ta’ pajjiżna biex itajru lil Adrian Delia. Allavolja mal-President ta’ Malta ma rnexxielhomx huma xorta baqgħu għaddejjin bil-kattiverji tagħhom sa meta rnexxielhom. Dawn it-tnejn kienu prominenti biex eleġġew lil Bernard Grech minflok Adrian Delia. Imma Jason Azzopardi u Karol Aquilina jafu sew li ma’ l-ewwel ċans l-elettorat mhux ser jafdhom. Nafu wkoll li wieħed biex ħataf siġġu fil-parlament kellu jitbiegħed sew minn raħal twelidu u b’fortuna kbira tela’ mill-għaxar distrett. L-ieħor ġie joqgħod Tas-Sliema imma ħiereġ fuq id-disa’ distrett.

In-nies ta’ madwaru diġa qalulu biex ma jersaqx lejn Raħal il-Gdid għax l-elettorat hemmhekk ma jridux jafu bih. Allura għaddejjin b’din il-kampanja biex jipprovaw jikkonvinċu lin-Nazzjonalisti li huma kienu persegwitati. Altru minn hekk, kienu huma li ppersegwitaw lil sħabhom membri parlamentari u uffiċjali tal-partit. Kienu huma li ħadmu kemm felħu biex dawk li ġew eletti mit-tesserati jitwarrbu. Issa qed jipprovaw jikkonvinċuna li neżgħu l-ilbies tal-volpi u libsu l-maskra ta’ ħaruf. Issa beda l-qrid biex jippruvaw jikkonvinċuna li għandna nerġgħu nafdawhom fil-parlament.

Ikun żball kbir jekk l-elettorat Nazzjonalista ma jitgħallimx minn din is-sitwazzjoni li kissret lill-Partit glorjuż tagħna. Dawn deputati tal-isem. Dawn jinqdew biss bil-Partit biex jidħlu fil-Parlament u jgawdu l-privileġġi parlamentari imma bejn elezzjoni u oħra jaħsbu biss fihom infushom u fl-aġenda tagħhom.

Leave a Reply