Wieħed għandu jivvota għall-kandidati u mhux għall-Partit

Blog post minn osservatur politiku

Qrajt l-artiklu ta’ Roselyn Borg Knight dwar il-bżonn li wieħed jivvota għall-individwu u mhux għall-Partit. Skont Borg Knight, din il-frażi kien jgħidilha missierha. B’hekk ħassejt li għandi nikkummenta ftit fuqu. Ms Borg Knight tgħid li hi s-Segretarju Internazzjonali u kandidata tal-Partit Nazzjonalista. Ngħidilha mill-ewwel li naqbel perfettament mal-papa tagħha għax kulħadd għandu jivvota lill-kandidat u mhux lill-partit. Biss, finalment, l-għażla tkun l-ewwel lejn il-Partit li wieħed jemmen li jirrapreżenta l-valuri tiegħu, imbagħad ifittex l-aħjar kandidat f’dak il-partit li ser jivvota għalih.

Imma ma tistax b’mod ġeneriku tivvota lil dak il-partit u allura timmarka n-numri fil-kaxxa ta’ kandidati li kull ma jkunu għamlu tul l-aħħar snin huwa li taw daqqiet ta’ ħarta lill-Partit tagħhom stess. Kif tista’ tafdhom lil dawn il-kandidati?

Naqbel magħha li huwa fundamentali li tagħżel partit li għandu pjanijiet ċari għall-futur. Tajjeb ukoll li tanalizza dak li ser ikun qed joffri. Imma l-partit magħmul mill-bnedmin u huma dawn il-bnedmin li suppost ser iressqu ‘l quddiem u jesegwixxu dak li jkunu kitbu fuq il-karta. Imma jekk dawn l-istess nies fil-partit tagħha ma kienux kapaċi jżommu ma’ deċizjoni demokratika li ttieħdet fil-istess Partit tagħhom stess, x’garanzija għandi jien li ser iżommu ma’ dak li jkunu qiegħdin iwiegħdu fuq il-karta?Dawn li ġġakbinaw lil nies tal-istess ħsieb politiku tagħhom, ser jaħsbuha li jimxu fuq l-aġenda tagħhom u mhux fuq dak li kitbu.

Borg Knight kitbet hekk fl-artiklu tagħha, ‘anyone who gets involved in politics, in whatever role, should equally work with the same mission’. Kemm naqbel ma’ dawn l-erba’ kelmiet! Imma nagħmlilha suġġeriment. Ngħidilha biex tmur għand il-Kap tagħha u tistaqsih jekk hux qed ikun imġebbed ‘l hemm u ‘l hawn fuq deċizzjonijiet li qed jieħu. Tistaqsih kemm qed joġġezzjonaw dawk ta’ madwaru, allura l-establishment, meta jipprova jiġbed lura nies lejn il-Partit biex jgħinuh.

Ms Borg Knight jiddispjaċini ngħidlek li qabel tinqata’ l-għira u l-ħdura ta’ ċertu nies lejn Nazzjonalisti oħra li kienu b’xi mod jappoġġjaw lill-Kap ta’ qablu, ma jista’ qatt ikollna xi tip ta’ garanzija li kulħadd qed jiġbed l-istess ħabel. Il-ħdura għadha b’rasha mgħollija wisq fil-kapurjuni tal-Partit. Naqbel ħafna li meta ma tivvutax tkun qed tħalli lil ħaddieħor jiddeċiedi għalik. Imma x’ser tgħid Ms Borg Knight lil dawk in-Nazzjonalisti li raw nuqqas ta’ demokrazija fil-partit tagħhom stess? X’ser tgħid lil dawn in-nies li jmorru jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista li għaddihom biż-żmien għax ma tax każ tal-vot tagħhom. Tista’ tgħid lil dawn in-nazzjonalisti biex imorru jivvutaw lil dawk il-kandidati li ġew altament jitnejjku minnhom?

Allura r-riżultat ta’ dan kollu huwa wieħed, block vote fil-partit tagħhom stess. B’dak li ġara fil-Partit Nazzjonalista f’dan l-aħħar tlieta/erba’ snin, kull Nazzjonalist irid jifhem li l-Partit ma għadux l-istess Partit ta’ qabel l-2017. Illum il-Partit irid jirrejalizza li ser ikun inutli li tgħid lill-partitarji biex jivvutaw lill-kandidati kollha. Il-Partit irid jifhem li hemm wisq ġakbini fil-Partit Nazzjonalista. Irid jifhem li l-aħjar parir li jista’ jagħti hu li jgħid lill-partitarji jivvutaw lil dawk li għandhom fiduċja fihom u mhux lil kulħadd, allura l-għajta għandha tkun l-għażla interna li tfisser block vote.

Jiena naħseb li meta kitbet din is-silta li ġejja kienet qed tagħmel referenza għall-membri tal-Partit fil-Gvern. Imma trid tkun onesta magħha nnifisha u tammetti li dawn il-kwalita’ ta’ nies jeżistu b’numru mdaqqas fil-Partit tagħha wkoll. “Rotten apples have no place in politics and, yet, they keep lurking around because they keep being elected. This is what discourages people from entering politics. Rotten apples, with their individualistic and selfish motives, not only damage the country but also do a disservice to genuine politicians who would really want to make a difference in bettering people’s lives”.

Fl-aħħar tal-artiklu tagħha kitbet dawn il-kelmiet. Kemm naqbel magħha. “We need to stand together and use our strength to help each other recover from this very difficult time and bring back our country to the place it deserves to be”. Biss ngħidilha li biex tieħu lil pajjiżha lura, l-ewwel trid tieħu l-Partit lura mill-klikka perikuluża li ħatfitu, għaliex il-Partit huwa l-uniku veikolu li jista’ jreġġa lill-pajjiż fid-direzzjoni t-tajba.

https://timesofmalta.com/articles/view/the-importance-of-voting-roselyn-borg-knight.862896?fbclid=IwAR0IhwnWiuyvnMrLYgQbAFiu3s_TOzncBEJthRDy-K3s23WQPvHp6ovEJfw

Leave a Reply