“L-użu aċċessiv tal-maskli ser iwassal biex min hawn u għaxar snin oħra ser jiżdied sew ir-riskju tal-kanċer f’Malta”. Dr. Stefano Montanari .

Il-bieraħ kelli fil-programm tiegħi Simon Mercieca Jiddiskuti lil Dr. Stefano Montanari u l-mara tiegħu, id-dottoressa Antonella Gatti. Matul dan il-programm ġew diskussi fost l-oħrajn l-użu tal-maskli.

Dwar il-maskli Dr. Montanari qal li l-użu fil-tul tagħhom ser iżid ir-riskju tal-kanċer. Dan ir-riskju ser jiżdied bejn għaxar u għoxrin sena oħra. Ir-rata tan-nies bil-kanċer f’Malta ser tkun ikbar.

Min-naħa tagħha, il-mara tiegħu qalet li ħafna mill-maskli li qed jintużaw huma ineffettivi biex iżomm lill-virus milli jgħaddi minn ġo fihom. It-tessut tal-maskli mhux biżżejjed biex iżomm virus milli jgħaddi minnu. Biex iżżomm virus milli jgħaddi, wieħed irid li jkollu maskli apposta. Issa jekk wieħed juża dawn il-maskli apposta li għandhom tessut apposta, dan it-tessut irid ikollu valve fih. Dan għaliex tant kemm tkun il-fibra tad-drapp tal-maskla magħluqa, li dan iwassal biex jagħmel ħsara lis-sistema respiratorja għaliex anki n-nifs ibati biex jgħaddi. Għalhekk dawn il-maskli jkollhom valve fihom.

Fuq kollox, ċertu maskli qed isiru bil-mass production. Fihom għandhom ċertu nano particles li jistgħu jwasslu biex jikkawżaw mard bħal pneumonia. Dan hu punt li qed tagħmel Marica Micallef fil-blogs tagħha li qed tikteb għal dan is-sit tiegħi. Hija qed issostni li l-pneumonia li ħa missierha ġiet ikkawżata mill-użu tal-maskli.

Dak li nista’ ngħid li fi Franza u hawn qed inġib ir-riklam, ħwienet li jbiegħu l-maskli qed ikollhom avviż mal-maskli li dawn mhux effettivi biex iżommu milli jinxtered il-virus minnhom. Ser ikun hemm tennija tal-programm ma’ Dr. Stefano Montanari u martu, Dr. Antonella Gatti, nhar is-Sibt fit-8.30 pm fuq Xejk TV. Fuq kollox, dan il-programm ser jittella’ fuq Youtube.

Leave a Reply