Where your opinion counts

Is-supporters ta’ Adrian Delia rrabbjati għal Marlene Farrugia

Marlene Farrugia qalet li “Tal-Egrant għadha tizviluppa”. Fuq kollox hija kitbet u tat parir lil Dr Bernard Grech biex ineħħih minn kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li ġejja.

“Bernard Grech, jekk irid ikun kredibbli, lanqas ma jista’ jmur ghall-Elezzjoni bil-mażżra Delia tigbdu l-isfel”. Marlene Farrugia kompliet tikteb li “apparti mill-kjass tad-donazzjoni tad-dar tal-Providenza u s-saga ‘ Bicca Blogger’.

Dawn iż-żewġ messaġġi wasslu biex nisslu rabja mas-supporters ta’ Adrian Delia. Dawn qed jistaqsu lil Marlene Farrugia fejn kienet wara li l-poplu Malti sar jaf li l-maġistrat kien għalaq l-inkjesta tal-Egrant. Huma qed jistaqsu għala ma marritx il-qorti tgħin lil Dr Adrian Delia fil-kawża li għamel biex jakkwista r-rapport sħiħ tal-inkjesta’. Is-supporters ta’ Adrian Delia qed jaqblu ma’ Marlene Farrugia li l-istorja ‘Tal-Egrant għadha tiżviluppa’, iżda qed isostnu li dan hu grazzi għal Dr Delia li kompla jistinka, jiġġieled, jissielet fil-qorti biex ġab dan ir-rapport u seta’ jkun ippubblikat.

Iżda dak li nissel l-ikbar rabja kien dan il-messaġġ biex Bernard Grech jeħles minn Dr. Adrian Delia. Il-partitarji Nazzjonalisti li jappuġġjaw lil Dr Delia qed iwissu lil Dr. Grech b’konsegwenzi serji fl-elezzjoni mingħajr Dr. Delia.

Fuq kollox, hu fatt magħruf li bħalissa, kemm fil-grupp parlamentari kif ukoll fl-eżekuttiv, Dr Delia qed jargumenta u jressaq il-ħsibijiet tiegħu kif il-Partit għandu jimxi ‘l quddiem. Diversi membri tal-parlament qed jistqarru li Dr. Delia jżomm l-argumentazzjoni ħajja waqt il-laqgħat li qed isiru.

Il-Partitarji ta’ Delia qegħdin anki jiddefenduh rigward id-donazzjoni lid-Dar tal-Providenza. Fakkru li din ma kienitx donazzjoni imma pledge li sfortunatament meta wasalna għal dunque nqalgħu l-intoppi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *