Ir-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro shareholder f’lukanda li qed taħdem bla liċenzja

Advertisements

Skont artiklu li deher f’The Shift News, ir-raġel tal-imħallfa Abigail Laforo, jiġifieri Pierre Lofaro, huwa share holder f’lukanda li qed taħdem bla liċenza. F’dan l-artiklu ta’ The Shift News. Pierre Lofaro ssemma fil-kuntest tal-ħatra taċ-Chairman il-ġdid tal-PBS, Mark Sammut. F’dan l-artiklu jingħad li Mark Sammut u martu Carmen Sammut huma shareholders ta’ Hotel f’Buġibba jisimha Hotel Damiani.

Fl-aħħar tal-artiklu kien hemm miktub hekk:

“According to a 2014 report in The Malta Independent, Hotel Damiani in Bugibba was operating illegally and without an MTA licence. According to the MTA website, the same hotel is still not listed among licenced hotels. So far, the MTA did not reply to questions by The Shift.

Apart from Mark and Carmen Sammut, Hotel Damiani Ltd includes lawyer Pierre Lofaro as the other shareholder.”

Jekk dan hu minnu ma nafx. Biss jekk dan hu minnu, din tirrifletti ħażin fuq l-inkjesta tal-famużi tliet imħallfin minħabba li qed jinvestigaw lil Yorgen Fenech fuq korruzzjoni u mbagħad, Pierre Lofaro, li huwa r-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro, huwa shareholder f’lukanda li skont din il-gazzetta qed topera bla permess. Qed ngħid dan għaliex dawn it-tliet imħallfin, li qed imexxu din l-inkjesta, qed jagħmluha tal-arkuzini tal-verita’ u tas-sewwa u tal-ġustizzja u mbagħad meta taqra affarijiet bħal dawn fil-gazzetti tibda bir-raġun titħasseb.

F’dan il-każ, ir-raġel tal-imħallfa huwa shareholder ta’ lukanda li qed taħdem bla liċenzja u mbierek Alla ħadd ma jieħdu l-ebda passi kontra din l-lukanda. Immaġinaw li kieku din il-lukanda kienet ta’ Yorgen Fenech. Ara xi kjast kienu jagħmlu l-ġurnali u l-membri ta’ din l-inkjesta. Ma għandix dubji kemm kienu jistaqsu dwarha dawn l-istess imħallfin u u jtellgħu nies mill-MTA biex jagħtu spegazzjoni, jekk mhux ukoll jarrestawhomx u jagħmlu xi body search fuqhom, talli ħallew lil Yorgen Fenech jopera lukanda bla permess!

Nispera li din l-aħbar tkun imġidba. Infakkar li l-membri ta’ din l-inkjesta ġew approvati mill-familja Caruana Galizia u sħabhom tar-rule of law għaliex iridu jnaddfu lil Malta mill-korruzzjoni.

Stejjer bħal dawn, jekk minnhom, ma jagħmlux ġieħ żgur lill-kawża tat-trasparenza fil-politika u fis-settur tan-negozju u l-anqas lill-qrati tagħna.