Where your opinion counts

L-email li nitbagħtet lill-Prim Ministru dwar l-istat disastruż li tinsab fih l-Orkestra Nazzjonali

Dan is-site jinsab fil-pussess tal-email li ntbagħat lill-Prim Ministru Robert Abela dwar is-sitwazzjoni attwali fl-Orkestra Nazzjonali. Bħalissa, l-Orkestra Nazzjonali qedha titmexxa minn Sigmund Mifsud. Biss jidher ċar li mhux kulħadd kuntent bis-sitwazzjoni u t-tmexxija ta’ Mifsud.  Biex is-sitwazzjoni tisħon aktar, riċentament, Mifsud tella’ ritratt tiegħu nnifsu fuq il-loki. Dan ir-ritratt tqis bħala mhux imġieba korretta minn persuna li jokkupa kariga daqshekk għolja ġewwa l-Orkestra Nazzjonali. Żgur li ritratt bħal dan ma jagħmilx ġieh lill-Orkestra Nazzjonali. Din l-istorja u dan ir-ritratt inġib għall-attenzjoni tal-istess Prim Ministru. Fuq kollox, f’din l-email issemma wkoll il-Ministru Jose Herrara qed iġib ruħu bħal Pilatu f’din il-kwistjoni kollha. La jrid jinten u l-anqas ifuħ biex b’hekk jibqa’ ħabib ma’ kulħadd.

Biss l-argument primarju li sar f’din l-email huwa li pożizzjoni ta’ din “il-portata għandha tkun okkupata minn persuna kompetenti u bil-kwalifiki necessarji.” Dan intqal minħabba li Mifsud ma għandux kwalifiċi akkademiċi. Min bagħat l-email żied jgħid lill-Prim Ministru li “l-ebda pajjiż fid-dinja ma għandu orkestra mmexxija minn xi ħadd li bil-kemm jaf jikteb u jaqra”. B’hekk dan il-persuna li bagħat din l-email staqsa “Jew għalikom l-orkestra tant ma jimpurtakomx minnha li jista’ jmexxiha anki l-akbar ħmar?”

Il-Prim Ministru ġie mfakkar li xi ħadd qed jinqeda b’missieru biex Sigmund Mifsud jibqa’ jżomm il-pożizzjoni li għandu. Min bagħat l-email qal lill-Prim Ministru li “Missierek nafu b’raġel fuq l-irgiel u bla dubju, jekk hu veru qgħadlu parrinu, żgur mhux bl-iskop li jinqeda’ b’ismu”.

Din il-persuna li bagħat din l-email lill-Prim Ministru għalqet billi qaltlu: “Issa f’idejk. Se turina li jimpurtak mill-orkestra jew ma tfisser xejn ghalik?  Nittama li mhux nikteb għalxejn”.

One thought on “L-email li nitbagħtet lill-Prim Ministru dwar l-istat disastruż li tinsab fih l-Orkestra Nazzjonali

  1. Hawn xi hadd li jista jghid li l-orkestra Nazzjonali ma marrietx il quddiem taht it tmexxijja ta Sigmound? Mid =dehra qares l-gheneb ghal xi hadd

Leave a Reply to GEORGE BEZZINA Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *