Jason Azzopardi u d-dark web

Lanqas laħqet nixfet il-linka minn fuq l-istampar tas-Sunday Times dwar l-istorja ta’ Yorgen Fenech u id-darbweb li ma ħariġx jiġri sparat Jason Azzopardi jtella’ post wara l-oħra fuq Facebook biex jgħidilna li hu u tliet deputati oħra BISS kienu vittmi ta’ attentat ta’ frameup meta lkoll irċevew borża żgħira bid-droga kokaina fil-posta. L-artiklu li qed nirreferi għalih għandu dan it-titlu: “Dan l-artiklu jitkellem fuq ix-xiri mid-darkweb da parti ta’ Yorgen Fenech”.

Saħansitra Jason qagħad jagħtina spjegazzjoni x’inhi id-darkweb. Araw x’kiteb: “Huwa bhal suq jew bazaar fuq l-internet għal min ikun irid jixtri jew ibigh affarijiet illegali u kriminali, bħal droga, armi, velenu u iktar. Ħalli ma jinqabadx.”

Jason Azzopardi inqeda bi storja fil-gazzetta li żvelat kif il-pulizija qed tinvestiga tranżazzjonijiet ta’ Yorgen Fenech bil-munuta diġitali Crypto. Skond it-Times l-investigazzjoni firxet fuq tranżazzjonijiet li allegatament għamel Fenech fuq id-dark web, sezzjoni tal-internet mistura għalina n-nies normali u wżata mill-kriminalita.

Mill-ewwel Jason Azzopardi għamilha fatta u mingħajr l-iċken ħjiel ta’ evidenza ddeċieda li d-droga li rċieva bagħtielu Yorgen Fenech. Iżda ma waqafx hemm. Qalilna wkoll li bagħtu d-droga lilu u t-3 deputati l-oħra biss għax skont hu kienu huma biss li tkellmu fuq is-17 Black. Jiġifieri Jason Azzopardi rema lid-deputati kollha l-oħra (24) u ċanfarhom li ma ġġildux il-korruzzjoni daqsu.

Araw x’qed jallega Jason Azzopardi fil-facebook post tiegħu: “Xi ħadd ried jagħmlilna frame up. Xi ħadd/uħud kien miftiehem ma’ uffiċjal għoli tal-Pulizija biex ftit ħin wara li irċevejna dawk l-envelopes, jagħmlulna tfittxija u “jsibulna” l-envelopes bid-droga. Tistgħu timmaginaw għala u x’kien jiġri wara. Tgħid fl-interess ta’ min kien li aħna l-4 inkunu “maqtula” politikament fl-2019?”

Nesa Azzopardi li kien hu stess li mar jippoża wara Adrian Delia barra l-qorti fil-kawża tar-rapport Egrant. Fuq kollox, Jason Azzopardi donnu nesa lil Roberta Metsola. Bħal donnu li Jason Azzopardi qed jinsinwa li Roberta Metsola ma tkellmitx fuq 17 Black għax ma rċevitx pakkett bid-droga!

Interessanti l-fatt li sakemm ppubblikajt dan l-artiklu, l-ebda wieħed minn sħabu ma għamlu share tal-post tiegħu. La Karol Aquilina, la Simon Busuttil u lanqas David Casa li huma t-tlieta, msemmijin li rċivew id-droga, ma wrew appoġġ lil Jason Azzopardi.

Leave a Reply