Bżonn ta’ azzjoni kontra t-tinġiż mill-istorbju

Blog post minn persuna li qed tbati minħabba storbju eċċessiv.

Għażiż Dr. Mercieca

Bħal ma taf, iIllum familji sħaħ jaħdmu mid-dar. Imma l-istorbju ma jieqafx. Ħornijiet u karozzi bl-mużika tgħajjat, ġirien jgħajtu, apparti l-għajjat ta’ min ibiegħ il-gas, l-għajjat mingħand tal-ħut, l-għajjat mingħand tad-donuts, l-istorbju mill-klieb u nies jiġġieldu. Imbagħad hemm l-istorju mill-kuntratturi fil-qasam tal-kostruzzjoni. Iva ma nsibx kamra d-dar fil-kwiet!

Iridu niftakru li llum familji sħaħ qed joqgħodu fi blokkijiet ta’ appartamenti moderni li huma gabubi. L-istorbju qed jiżdied u dan qed ikollu effett fuq is-saħħa mentali tan-nies.

Ħa nitkellem għalija. Jien persuna li qed nistudja u għandi bżonn nikteb fil-kwiet. Kif nista’ nikkonċentra? Illum anki l-libererji magħluqa.

Nafu aħna il-Maltin nbaxxu ftit leħinna? Nistgħu nirrispettaw il-morda, min irid jorqod għax jaħdem bil-lejl? Min bħali jrid jistudja jew jaqra jew jikteb?

Fuq kollox Malta, ma għandhiex “noise pollution act” jew att kontra t-tniġġix mill-istorbju. Naħseb wasal iż-żmien biex il-gvern jibda jaħseb biex jilleġiżla fuq dan il-punt.  

Dan il-pajjiż daqt nibda nistħajlu misħut. Paċi mkien. Għejjejt. Ħadd ma jimpurtah. Rispett zero.

Grazzi talli tajtni spazju fil-blog tiegħek.

Leave a Reply