Dan il-gvern nesa lis-separati

Blog post minn Philip Mamo

Dan il-gvern lill-kulħadd għin, anki waqt il-pandemija, minnbarra dawk il-persuni li jħallsu xi forma ta’ manteniment. Ħafna minnha, bħal ħaddieħor naqsilna d-dħul u ninsabu f’sitwazzjoni ferm aktar diffiċli minn ħaddieħor. Niskanta kif ħadd mill-parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra ma tkellem. Niskanta ukoll kif il-liġijiet li jirrigwardjaw is-separazzjoni, biex jaċċertaw li ħadd ma jaqa’ taħt il-poverty line, ma ġewx aġġornati matul il-milja tas-snin u bqajna bl-liġijiet antikwati ta’ żmien żemżem.

Niskanta kif ħadd miż-żewġ partiti ma għamel xejn għalina. Biss ma ġara xejn. Jiena nħeġġeġ biex kull minn huwa separat jew għaddej u qed jesperjenza xi forma ta’ tbatija, ma jivvutax.

Kulħadd ġie mgħejjun, bħal-kaccaturi, LGBTI, dawk li jpejpu l-ħaxixa, minn barra aħna is-separati. La ħadd ma jrid jgħina ningħaqdu flimkien u nużaw l-unika tarka li baqgħalna li hija l-vot. Inħeġġeġ li kull minn huwa fis-sitwazzjoni tagħna ma jivvutax, għax aħna għall-partiti, ċittadini bla leħen.

One comment

Leave a Reply