Għaliex Lawrence Gonzi mhux qed jitkellem fuq Adrian Hillman?

Ittra minn persuna li jaqra l-blogg tiegħi.

Kif aħna ħabib? Bdejt naħseb fuq il-biċċa xogħol ta’ Keith Schembri ma’ Adrian Hilmann Il-Partit Nazzjonalista donnu ma iridx jurta lit-Times. Għaliex qed ngħid dan? X’inhu il-mottiv li l-Partit Nazzjonalista mhux isemma leħnu h’qawwa kbira fuq din l-istorja? Din ma kienetx storja biex xi ħadd isir sinjur biss imma, fl-idea tiegħi, kien hemm skop ieħor. Din kienet storja biex it-Times tintuża bħala għodda biex ikun attakkat il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi. Jien, li kont ili naqra it Times, kont ngħid din kif qedha tattakka lill-Gvern ta’ Gonzi b’dan il-mod? Ġieli kien hemm attakki li lanqas bejn is-snin 1971 u 1987 ma kont nara bħalhom.

Ma nafx kif Lawrence Gonzi ma jitkellem xejn fuq dan il-każ? Qed ngħid dan għaliex il-ħsara kienet qed isir lill-Gvern tiegħu. Ma jridx infisser li qed nikteb dan biex infisser li t-telfa tal-elezzjoni tas-sena 2013 kienet kaġun ta’ hekk, imma żġur li din tat palata.

Infakkar li Lawrence Gonzi huwa fl-esekuttiv għax kull kap tal-Partit Nazzjonalista hu, bl-istatut, hu membru awtomatiku fl-eżekuttiv. Infakkar li ftit tal-jiem ilu mar fuq it-Televizjoni jitkellem fuq dak li għaddej fil-pajjiż.

B’hekk kont qed nistenna li nisma’ x’jrid jgħid fuq din il-kwistjoni.

Nistennew hu naraw.

Leave a Reply