Il-Bord tad-Diretturi tal-Istrikland Foundation għandhom jippubblikaw ir-rapport tal-imħallef Giovanni Bonello

Tħossok li qed tgħix ħolma. Ma tkunx tista’ temmen kif ħaddiem/a jisirqu lil min ikun qed ipoġġilhom lilhom u lill-familjari tagħhom l-ikel fil-platt. Imma aktar agħar meta tkun taf li ser tinqabad u tibqa’ tistupra. Ma jitwemmnux.

F’din l-istorja kerha li għaddejjin minnha bħalissa hija storja ta’ korruzzjoni rampanti. Sfortunatament hemm vittma waħda u din hija it-Times of Malta. It-Times of Malta spiċċat vittma ta’ stupru ta’ miljuni ta’ Euro. Minn dak li qed nisimgħu dawn il-miljuni marru fi bwiet persuni li ġew altament jitmellħu mill-konsegwenzi koroh li qed tiffaċċja l-gazzetta.

Dawn ġew jaqgħu u jqimu minn dawk il-familji kollha li jaqilgħu l-ħobżna ta’ kull jum minn din l-ażjenda. Miljuni kbar marru fi bwiet ta’ Keith Schembri, Adrian Hilman, Vincent Buhagiar u min jaf min iżjed. Nittamaw li min bill subajh f’din is-serqa papali jinqabad u jieħu li ħaqqu.

Niftakkru wkoll li konna aħna ċ-ċittadini li żammejna lit-Times għaddejja għax konna dejjem fidili lejn il-kitba tagħha u xtrajna dan il-ġurnal kuljum għal snin sħaħ.

It-Times hija vittma għax ġiet imżebilha u mneżża mir-reputazzjoni li ħadet snin twal biex bnietha u biex żammitha matul is-snin. Vittma għax ġiet misruqa mill-kredibilita’ u mitluqa b’baħar ta’ dejn li jista’ jħallieha bla nifs. Biss anki numru ta’ edituri u ġurnalisti jridu jgħamlu l-‘mea culpa’ tagħhom.

Iżda l-vilta tinvolvi mħux biss l-istupru maħsub u premeditat li sar fuq it-Times, mhux biss talli użurpawha biex ħadulha l-assi li kellha, bħal binja ikonika fil-Belt, iżda wara li nqabdu dawk li abbużawha, komplew jistuprawha f’wiċċ kulħadd, fid-dawl tax-xemx u bla mistħija quddiem il-poplu kollu. Għaliex qed ngħid dan?

Wara li nqabdu, ftehmu li jagħmlu inveztigazzjoni interna mmexxija minn Giovanni Bonello. Minflok ma xlew lil min għamel li għamel, ħbew ir-rapport. U biex iżjed jistuprawha fil-publiku, għamlu arranġament ma’ Adrian Hillman. Dawn tawh somma flus, biex il-każ ta’ tkeċċiija quddiem it-tribunal ma jkomplix. Jiġifieri dak li stupra jingħata maħfra u tħalla jitlaq.

Sirna nafu li Hillman ser jiġi estradit mill-Ingilterra u ser jitressaq il-qorti. Gustizzja mhux talli trid issir imma trid tidher li qed issir. Allura nisperaw li Hillman jitressaq il-qorti kemm jista’ jkun malajr jiġifieri fil-ġranet li ġejjien.

Imma l-mistoqsija prinċipali issa hija din. X’ser jagħmlu d-diriġenti tat-Times? Ser ikomplu jostru r-rapport? Jew kif titlob il-ġustizzja u t-trasparenza jpoġġu l-istess rapport għall-benefiċċju tal-maġistrat u tal-poplu li dejjem sostnihom u appoġġhom?

Għalija t-tweġiba hija waħda. Il-bord tad-diretturi tal-Istrikland Foundation għandhom jippubblikaw ir-rapport tal-Imħallef Giovanni Bonello. Jekk xejn bil-pubblikazzjoni tiegħu jneħħu d-dell ikrah li ntefa’ fuq The Times li hija gazzetta tal-Mafia!

One thought on “Il-Bord tad-Diretturi tal-Istrikland Foundation għandhom jippubblikaw ir-rapport tal-imħallef Giovanni Bonello

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *