Il-Malta Today qed tammetti bil-pulit li Yorgen Fenech ġie Framed
Mhux x’ser nidħol fil-każ jekk hemmx ministru involut jew le. Biss skont il-Malta Today, Yorgen Fenech kien qal lill-pulizija li hemm ministru. Infakkar li din kienet gazzetta, li ma’ The Times u l-gazzetti oħra kienet tiddeskrivi lil Yorgen Fenech bħala mastermind. Biss il-mistoqsija tiġi waħidha. Għala l-pulizija qatt ma nvestigat din l-allegazzjoni ta’ Yorgen Fenech?
Dak li ħiereġ li Yorgen Fenech kien qed jgħid il-verita’. Mela sewwa għidt li Yorgen Fenech ġie framed-up biex iħallas ta’ kollox hu. Il-mistoqsija hija din. Lil min verament qed tgħatti l-pulizija?
Fuq kollox, jekk dak li qed ikun irrappurtat mill-Malta Today huwa minnu, Melvin Theuma qed jigdeb fix-xhieda tiegħu.

