Where your opinion counts

Bernard Grech juri pożizzjoni ta’ kuraġġ fuq il-mafriet għaliex qed imur kontra sħabu fil-Partit Nazzjonalista

Il-ġurnal it-Torċa tal-lum għandu storja dwar iż-żewġ talbiet li għamel Bernard Grech biex tingħata maħfra lil Yorgen Fenech. Darbtejn Bernard Grech għamel din it-talba. Jien ma naqbilx ma l-ebda talba ta’ maħfriet. Biss jidher li t-Torċa ħaditha kontra din it-talba. Infakkar li Yorgen Fenech ma għamilx talba riċentament u din kienet saret aktar minn sena ilu minn wieħed mill-avukati tiegħu.

Biss fejn normalment nikkritikah, din id-darba nixtieq nesprimi li Bernard Grech qed juri ċertu kuraġġ. Mhux ser nidħol fuq ir-raġuni legali għaliex saret talba għal din il-maħfra. Mhux ser nagħmel bħat-Torċa u nipprova nanalizza din it-talba mill-punt legali. Dak inħallih għall-avukati. Biss nara ċertu kuraġġ politiku min-naħa ta’ Bernard Grech li jitlob din il-maħfra għal Yorgen Fenech. Għaliex qed ngħid dan? Qed ngħid dan għaliex hemm membri fil-Partit Nazzjonalista u anki tal-familja Caruana Galizia, li ma jridux din il-maħfra jew li tingħata maħfra lill-aħwa Degiorgio. Fuq kollox, infakkar li dawk id-deputati fil-Partit Nazzjonalista li huma kontra dawn il-maħfriet lil Yorgen Fenech u lil l-aħwa Degiorgio kienu wara r-rebħa ta’ Bernard Grech bħala kap tal-partit. B’hekk deċiżjoni bħala din minn Bernard Grech ma tridx tiġi moqrija minn punt legali iżda minn punt politiku. Minn punt politiku, dak li qal Bernard Grech juri pożizzjoni ta’ kuraġġ.

Biss dak li l-aktar interessanti hu dak li ġie rrappurtat mit-Torċa. Fit-Torca hemm hekk:

“Il-Prim Ministru Robert Abela kien iebes dwar dan meta nhar l-Erbgħa sostna fil-Parlament li bl-aġir tiegħu Bernard Grech qiegħed saħansitra jagħti linja ta’ d-difiża lil dawk akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.”

Biss Robert Abela mar pass oltre u skont it-Torċa,

“Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ddikjarat pubblikament li ma tridx maħfriet għal dawk mixlija bil-qtil tal-ġurnalista”.

Ma nistax nifhem kif il-Gvern u b’mod partikolari l-Prim Ministru Robert Abela qed jagħti din l-importanza kollha lill-familja Caruana Galizia. Familji oħra li għandhom każijiet il-qorti jingħataw dawn id-drittijiet li jagħżlu lil min ikun fuq inkjesta u din is-sensittiva kollha minn joqgħod maġistrat fuq il-każ tagħhom? Familji oħra li kienu vittmi ta’ reati qatt kollhom ‘say’ jekk persuna jew persuni akkużati jingħatawx maħfra jew le?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *