Where your opinion counts

Kemm The Times żammet max-xewqat ta’ Mabel Strickland?

Blogpost minn Osservatur Politiku

In-Nazzjonalisti kollha konna nafu x’kienu jagħmlu ġurnalisti tat-Times fi żmien meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru. Ħafna minnha konna ndaħħlu rasna fir-ramel u konna ngħidu li t-Times tagħmel hekk għax kienet gazzetta konservattiva. Min jaf kemm-il skuża konna nġibu biex ma noskurawx il-ġurnalisti tat-Times, apparti li ħafna minnha konna nixtruha kuljum. Kemm-il darba konna nsemmu li Christian Peregin, li kien ġurnalist tat-Times qabel fetaħ il-portal tiegħu Lovin Malta. Aħna n-Nazzjonalisti li konna naħdmu f’ministeri konna ngħidu li dan ma kienx jitlef opportunita’ biex jattakka u jkabar lill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi. Peregin kien ukoll fuq ta’ quddiem biex jagħmel eloġji lil Muscat meta daħħal il-libertajiet ċivili. Illum Peregin innifsu kkonfermalna din il-perċezzjoni li kellna. Dan hu dak li dan l-istess ġurnalist f’artiklu tiegħu f’dawn l-aħħar jiem.

During my time there (at The Times) I was a significant thorn in the side of Lawrence Gonzi and the Nationalist Party. Not because anyone was paying me to be difficult, but because the PN was in government and it needed to be held to account. I challenged them strongly on their outdated positions against divorce and gay rights. I exposed the secret salary raises they gave themselves, which Gonzi unbelievably still defends till today despite having made a complete mess of it and having made it almost impossible for politicians to get paid well today. I also challenged their record on transparency, meritocracy, rule of law and the environment. That’s what journalists do”.

Mela min jaqra artikli fil-blog tiegħek, Dr Mercieca, għandu bżonn jifhem li inti mhux veru toħroġ bil-‘conspiracy theories’. Dak li tikteb huwa dejjem il-verita’. Tant hu hekk li f’dawn l-aħħar jiem, l-istess Peregin, li kif diġa għidt kien ġurnalist mat-Times, qed jikkonferma, b’mod li jneħħi kull dubju, li kien xewka ma’ Lawrence Gonzi u l-Partit Nazzjonalista. Qed jammetti li kien hu li kixef iż-żieda li kien ta Gonzi lill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari, anki jekk qed jgħid nofs verita’ hemm, għaliex, li kont naħdem f’ministeru naf li kien hemm anki qbil mal-Lejber fuq dan u saħansitra, kien hemm deputati Laburisti li kienu qed jagħmlu pressjoni kbira biex din ir-riforma ssir, għaliex oriġinarjament kien ser tinkludi żieda fis-salarji tad-deputati kollha. Biss kien hemm xi ħadd għoli fiċ-ċivil li ried jagħmel il-bsaten fir-roti u llum jidher li Christian Peregin qed jikkonferma dak li kien jingħad fil-kurituri ta’ Kastilja.

Biss xorta. Fuq din il-biċċa xogħol ma għandix problema. Biss nixtieq infakkar li t-Times taqa’ wkoll taħt fundazzjoni li kienet waqqfet l-istess Mabel Strickland u tagħtha parametri preċiżi. Ma nafx kemm din l-ammissjoni ta’ Christian Peregin tirrifletti l-missjoni li fuqha bniet il-fundazzjoni tagħha Mabel Strickland.

Imbagħad aħna n-Nazzjonalisti konna l-iktar nies li nserrħuhom għax nixtru t-Times u aktar konna nemmnu dak li kienu jiktbu għax konna naħsbu li dik gazzetta kienet qed timxi max-xewqat li għalihom kienet twaqqfet l-istess Fundazzjoni Mabel Strickland. Biss ara x’kompla jikteb Christian Peregin:

Meanwhile, Joseph Muscat became Opposition leader. I was sent to cover some of his first speeches and I was immediately impressed. He was saying all of the right things in all of the right ways, and I immediately knew his studied message would resonate with people. Maybe I was not as tough on Muscat as I should have been. My focus, as tends to be the case with journalists, was more on the Government than the Opposition.”

Jien għandi d-dubji tiegħi kemm din l-ammissjoni tirrifletti x-xewqat tal-istess Mabel Strickland. Ma jimpurtax li ġurnalisti jkunu mpressjonati b’mexxej politiku. Ma hemm xejn ħażin li ġurnalista jħossu qrib in-narrattiva ta’ Joseph Muscat. Biss il-mistoqsija hija din. Kemm kienet dik in-narrattiva qrib il-kundizzjonijiet li għalihom Mabel Strickland kienet waqqfet il-fundazzjoni ta’ The Times? Ġurnalist ta’ stoffa jkun jaf x’hemm wara kull narrattiva politika.

Biss il-mistoqsija li trid issir fl-opinjoni tiegħi lil kull ġurnalista ta’ The Times, preżenti jew passati, jekk kellhomx xi relazzjoni diretta jew indiretta ma’ Keith Schembri? U jekk dawk li kienu jikteb favur Joseph Muscat gawdewx b’xi mod, b’dirett jew indirett, mill-bidla fil-Gvern?

Fuq kollox, minn dak li ħiereġ issa juri li ma kien jiġri xejn mingħajr l-approvazzjoni ta’ Keith Schembri. Dak li żgur qed naraw hu l-kolass totali ta’ din il-gazzetta li kienet istituzzjoni. Dan hu dak li jiġri meta edituri u ġurnalisti ma jżommux mal-ispirtu tax-xewqat ta’ min ikun waqqafhom, f’dan il-każ max-xewqat ta’ Mabel Strickland.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *