Veru li min ħareġ l-informazzjoni fuq Justyne jrid jilħaq min flokha bħala ministru tal-edukazzjoni?

Wieħed mill-ħassieba kbar politiċi tas-seklu tmintax ma hu ħadd għajr mill-Markiż de Sade. Minħabba l-kitba tiegħu, ix-xogħol dejjem ġie assoċjat mas-sess meta fih messaġġi kbar politiċi. Mhux ser nidħol biex nispjega dan il-fatt. Biss wieħed mir-rumanzi tiegħu jismu Justine. U fih ħsibt wara dak li ġara fil-każ ta’ Justyne Caruana.

Biss dak li jinteressani huwa li nitkellem x’hemm wara dan kollu. Il-Malta Today għada kif tellgħet storja li Justyne Caruana ħadet legal tranquilizers. Huwa sewwa li dettalji bħal dawn isiru pubbliċi? Fejnha d-data protection f’dan il-każ? fuq kollox, fejnha l-empatija lejn persuna li għaddejja minn żmien diffiċli? Verament disgrace!

Biss hemm aktar minn hekk. Bir-raġun, Justyne Caruana ġiet rrappurtata li ħadet tbaqbiqa kbira fil-ministeru wara l-ħruġ tal-fatt li dan Bogdanovic, li hu ħabib tal-ministru, ingħata kuntratt. Bir-raġun il-paladini tar-rule of law ħarġu jitolbu ghal rasha. Sa hawn nifhem. Biss ħarġu wkoll jitolbu biex tirreżenja mill-Parlament.

Din hija interessanti. Għaliex qed ngħid dan? Għaliex l-għajdut fiċ-ċirki għolja tal-Partit Laburista huwa li min ħareġ din l-istorja ħariġha għal dan il-għan: bi pjan biex huwa jkun co-opted minflok Justyne Caruana u jilħaq minflokha Ministru tal-Edukazzjoni.

Leave a Reply