Kemm iddikjara dħul Jason Azzopardi lill-imħallef Antonio Vella?

Ftit tal-jiem ilu, eżattament fis-17 ta’ Marzu, Lovin Malta ġabet artiklu dwar ir-return tat-taxxa ta’ Jason Azzopardi. F’dan l-artiklu ntqal li “Jason Azzopardi’s Completed Tax Declarations Submitted To Parliament Following Labour Onslaught”. Dan l-istess portal ikkonferma li dan l-avukat ippreżenta ir-returns tat-taxxa għas-snin 2017 sa 2019 f’daqqa. Ikkonferma wkoll li Dr Azzopardi dam ma ppreżenta dawn id-dokumenti għax bħalissa għaddej minn separazzjoni.

Lovin Malta kompliet tgħidilna li l-Kummissarju tat-Taxxa, Mr Marvin Gaerty qal lil Lovin Malta, li għalkemm kull individwu huwa obligat li jippreżenta d-dokumentazzjoni neċessarja irrispettivament minn kull sitwazzjoni, huwa jafferma li waqt separazzjoni ikun hemm sitwazzjonijiet fejn il-konjuġi ma jkunux iridu jiffirmaw id-dokumentazzjoni ta’ xulxin.

Biex ikunu ċerti li jagħtuna l-informazzjoni kollha, Lovin Malta nfurmawna wkoll kemm Jason Azzopardi qala’ mix-xogħol tiegħu bħal avukat. Mela kemm iddikjara Azzopardi? Lovin Malta elenkaw iċ-ċifri preċiżi li ġew iddikjarati minn Dr Azzopardi. Il-qligħ tiegħu mill-professjoni ta’ avukat ilaħħqu dawn l-ammonti. Fl-2017 iddikjara €44,264, fl-2018 iddikjara €68,103 u fl-2019 €49,447. Dawn setgħu biss ġabuhom mingħand Jason Azzopardi nnifsu. Dan hu dak li kitbet Lovin Malta

“So what do Azzopardi’s declarations reveal? The Nationalist MP declared a total income of €44,264 in 2017, €68,103 in 2018 and €49,447 in 2019. In each year, his income included that from his profession as a lawyer, local dividends ranging from €982 in 2019 to €3,621 in 2017, his MP’s honorarium, as well as a relatively small income from lecturing at the University of Malta. Earnings from his profession amounted to €44,264 in 2017, €68,103 in 2018 and €49,447. The average declared income by MPs in 2020 was €71,240 while the median income was €57,210.”

Mhux ser nidħol fl-argument li ġabet Lovin Malta li Jason Azzopardi talab lill-Kummissarju tal-Istandards biex jinvestigah. L-anqas ser nagħmel l-argument li dan l-artiklu nkiteb biex jiddefendi jew jiskolpa lil Jason Azzopardi. Qed ngħid dan għaliex meta kien hemm il-kwistjoni tat-taxxa ta’ Dr Adrian Delia, l-argument ma kienx preżentat b’dan il-mod fil-media. Biss hemm argument ieħor. Dan l-argument hu marbut ma kemm qala’ eżatt Jason Azzopardi mill-professjoni tiegħu ta’ avukat. Dawn huma ċ-ċifri ppubblikati minn Lovin Malta.

Earnings from his profession amounted to €19,255 in 2017, €29,434 in 2018 and €23,250 in 2019. 

Biss kemm dak iddikjarat fuq huwa l-verita’ meta quddiem l-uffiċju tiegħu ta’ avukat ikollu queue ta’ nies?

Din id-dikjarazzjoni hija problematika għaliex għal darba Jason Azzopardi jrid ikun ċar f’dak li qed jgħid. Infakkar li din id-dikjarazzjoni hija magħmula ma’ kawża ta’ separazzjoni. Hawn wieħed jistaqsi x’iddikjara Azzopardi lill-Imħallef Antonio Vella li quddiemu qed tidher din il-kawża? Hija normali f’kawża ta’ separazzjoni li jintalab il-qliegħ tal-konjuġi. Azzopardi ddikjara dawn l-ammonti lil Vella jew le? Għala l-media li tikteb fuq dan is-suġġett ma tikteb jew tinvestiga xejn fuq dan l-aspett?

B’hekk nisfida lil Jason Azzopardi jgħid x’iddikjara fil-kawża tas-separazzjoni li hu għandu mal-mara li qed tidher quddiem l-imħallef Antonio Vella.

Fuq kollox, nistaqsi jekk dawn id-dikjarazzjonijiet humiex reali. Insemmi biss li fl-2017, hu kien l-avukat tad-difiża ma’ Arthur Azzopardi. Jista’ Jason Azzopardi jgħid kemm qala’ minn dan il-ġuri u jista’ jikkonferma li dak li qala’ minn dan il-ġuri ġiex imdaħħal jew le fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tiegħu għas-snin 2017/18, la darba dawn huma pubbliċi issa?

Infakkar li dan hu l-avukat tar-rule of law u wkoll tal-familja Caruana Galizia. Nies qed jiġu investigati u qed jinżammu l-ħabs fuq preżunt ħasil ta’ flus.

Leave a Reply