Għala missier Keith Schembri inżamm il-ħabs u l-anzjan ta’ The Times Le?

Blogpost minn osservatur politiku

Fost il-ħdax arrestati u mtella’ l-qorti kien hemm żewġ anzjani. It-tnejn fuq is-sebgħin sena. Wieħed ħarġuh fuq bail u l-ieħor intbagħat il-ħabs. Hawnhekk mhux ser nitkellem politikament. Jiena ma naqbel xejn li anzjan jintbagħat il-ħabs u ma jingħatax bail. Dan huwa żmien diffiċli għal kull anzjan, qiegħed fejn qiegħed, jgħix fejn jgħix. Qed ngħid hekk għax dan l-aħħar smajna li dan il-misħut ‘virus’ attakka wkoll ir-residenti ta’ Kordin.

Jiena jiddispjaċini nara nies ta’ ċertu eta’ li għadhom mhumiex ġustizzjati maqfula l-ħabs. Tistgħu tgħiduli li nista’ nidher xi ftit dgħajjef u mhux qed nirraġuna imma ħadd ma hu ser ineħħili minn moħħi li anzjan bejn erba’ ħitan il-ħabs huwa aħjar minn erba’ ħitan id-dar. Hemm ruxmata affarijiet li tista’ tagħmel il-qorti biex dan il-bniedem ma jkollux kuntatt ma’ ħadd, ma jippruvax jinfluwenza lil ħadd, ma jersaq lejn ħadd u ħadd ma jersaq lejh u ħafna aktar.

Imma f‘ġieħ ir-raġuni u s-sens komun oħorġu dak l-anzjan minn hemm, għamlulu kondizzjonijiet iebsa imma ħalluh imur id-dar. Fuq kollox bniedem anzjan ieħor li hu mixli li qatel lil ibnu stess ġie mibgħut id-dar għal raġunijiet ta’ saħħa.

Allura dan, li għalkemm mixli fuq affarijiet serjissimi għandu jibqa’ l-ħabs u ma nagħtux kas li dan ukoll huwa vulnerabbli. Fuq kollox, dan l-anzjan li inzerta missier Keith Schembri x’għandu inqas mill-anzjan l-ieħor li nzerta kien il-managing director ta’ Allied News?

Nispera u nittama li qed jiġi kkurat u jitħalla joħroġ minn hemm kemm jista’ jkun malajr.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *