Manwel Delia fl-aħħar kiteb fuq Keith Schembri

Blogpost minn osservatur politiku

Nixtieq nifraħlek Dr Mercieca għax l-artikli li tippreżenta fil-blog tiegħek bieraħ taw riżultat. Dan l-aħħar fuq il-blog tiegħek inti tkellimt kemm-il darba għala Manwel Delia qed jibqa’ lura milli jsemmi jew jattakka lil Keith Schembri. Inti niggistu kemm-il darba biex jispjega jekk għandux xi rbit li mhux qed iħallih jew kienx hemm xi aġenda li kien qed jimxi magħha fejn jibqa’ il-bogħod milli jsemmi lil dan il-personaġġ allegatament imdiffes f’ħafna affarijiet u kumplikazzjonijiet li ġraw f’pajjiżna f’dan l-aħħar snin. Waqt li kont qed ndur ftit il-portals u l-blogs diversi ndunajt u allura qrajt artikli dwar Keith Schembri miktubin minn Manwel Delia.

Oħroġ il-għaġeb, il-bieraħ ħareġ mill-fosdqa u qabad il-pinna u bl-istil tiegħu attakka lil Keith Schembri. Fl-aħħar Manwel Delia nħall mill-irbit li donnu kellu u kiteb iżjed minn artiklu wieħed. Wara dawn l-artikli tiegħek Dr Mercieca li rriferejt għalihom, Manwel Delia ħass li kellu jiddefendi ruħu mill-akkuża li ma jsemmix lil Keith Schembri u f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kiteb tliet artikli dwaru.

Iżda xorta xxokkjani Manwel. Is-Sur Delia qagħad ifittex fl-arkivji sa kemm wasal biex kiteb lista ta’ gideb imlissna minn Keith Schembri. Sab numru mhux ħażin. Wasal ukoll biex wissa lil Keith. Manwel qallu li wara dan kollu wasal iż-żmien li Keith Schembri jieħu li ħaqqu. Biss jien bqajt ftit imfixkel b’dik il-lista li kiteb. Possibbli ma ftakarx x’qal Keith Schembri tul il-ħajja politika tiegħu fuq Adrian Delia? Forsi dawn li ser insemmi Manwel ma ħax pjaċir iżidhom fil-lista tal-gideb li skont qal Keith Schembri. Manwel ħa nfakkrek jien. Insejt li Keith Schembri kien qal li Adrian Delia ħa €50,000? Ara din insejt issemmiha. Infakkrek li skont Keith Schembri, dawn il-elf euro ntużaw ħalli ssir kampanja kontra David Casa, biex Casa ma jitlax fl-elezzjoni għall-parlament ewropew u ma jsirx MEP?

Halli nfakkrek fis-storja a oħra li ma niżżiltx Sur Manwel. Insejt li Keith Schembri kien qal li Pierre Portelli allegatament kien jiġbor €20,000 fix-xahar mingħand Yorgen Fenech?

Is-Sur Manwel donnu għażel liema stejjer ifakkar li qal Keith Schembri. Is-Sur Delia donnu ma riedx isemmi ċertu stejjer oħra għax wisq probabbli ma jħossux komdu dwarhom. Forsi hemm ħsieb ieħor wara dan kollu. Jista’ jkun li Manwel għadu jemmen lil Keith Schembri fuq dawn iż-żewġ każijiet?

Ser ikolli nikkonkludi l-ħsieb tiegħi li Manwel għandu miżien xi ftit ixaqleb lejn fejn irid hu. Donnu jixtieq iżomm moħħu mċajpar fuq ċertu stejjer li qal Keith Schembri. Donnu jħossu komdu jemmen dak li jixtieq hu jew forsi dak li jaqbel lilu. Jiddispjaċini ngħidlek Sur Manwel li donnok kxift idejk iż-żejjed b’dak li ktibt. Naħseb li min irid jifhem mhux diffiċli li jifhem.

=

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *