Where your opinion counts

Il-President tal-Għaqda Repubblika kien fl-awla jisma’ lill-Koħħu

Din il-ġimgħa minn l-awla tal-qorti stajna naqraw, grazzi għall-portal ta’ Newsbook, dak li kien qed jiġri fil-kontro-eżami ta’ Vince Muscat, magħruf bħala l-Koħħu. Dan il-kontro-eżami kien qed isir bħala parti mill-kompilazzjoni li għaddejja kontra l-aħwa Degiorgio.

Il-kontro-eżami kien qed jagħmlu Jason Azzopardi bħala l-avukat tal-familja Caruana Galizia. Il-ġurnalist ta’ Newsbook ħass l-importanza li jirraporta l-preżenża ta’ Robert Aquilina fl-awla. Robert Aquilina huwa l-President tal-Għaqda Repubblika.

L-għaqda Repubblika ħasset li bżonn li l-president tagħha jkun preżenti għal dan il-kontro-eżami. Biss din il-preżenza tas-Sur Aquilina tqanqallek ċertu kurżitajiet.

Tgħid Aquilina mar biex jisma’ x’kellu x’jgħid il-Koħħu? Tgħid mar biex jara lill-ħabib tiegħu l-avukat Jason Azzopardi jagħmel il-mistoqsijiet u jara x’kellu ppreparat dan l-avukat? Tgħid mar biex jara jekk l-avukat tal-familja Caruana Galizia jistaqsix dawk il-mistoqsijiet kollha li tar-Repubblika jixtiequ li Jason Azzopardi jistaqsi? Tgħid mar biex jara b’għajnejh kemm Jason Azzopardi kien ser jagħfas lill-Koħħu bil-mistoqsijiet iebsin tiegħu?

Ikun tajjeb kieku wara l-preżenza tiegħu fil-qorti, is-Sur Aquilina jagħtina l-opinjoni tiegħu dwar dan il-kontra-eżami. Jgħidilna kienx sodisfatt, stenniex aħjar mill-avukat tal-familja Caruana Galizia, sarx jaf xi ħaġa ġdida minn dan il-kontro eżami, x’deherlu mill-mistoqsijiet tal-avukat Jason Azzopardi. Fuq kollox jgħidilna kif ħassu wara li Azzopardi ma għamel l-ebda mistoqsija lil Vince Muscat l-Koħħu dwar Keith Schembri.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *