Insir naf li sar libel kontra tiegħi mill-gazzetti.

Illum insir naf mill-Malta Today li Arthur Azzopardi fetaħ libel kontra tiegħi fuq dak li jiena ktibt fuq dan is-site. Fuq din il-kawża mhux ser nitkellem. Dak li għandi ngħidu ngħidu fil-qorti.

Biss meta l-ġurnalista tal-Malta Today, Matthew Agius, irrapporta din l-aħbar, ġab ukoll li jien qiegħed taħt contempt of court – jiġifieri disprett lejn il-qorti, talli ppubblikajt recordings li l-qorti għamlet divjit fuqhom.

Infakkar lil dan il-ġurnalista li jekk kien hemm ġurnal li ppubblika dawn ir-recordings, dan kien il-Malta Today. Mela jekk kien hemm ġurnal li kien qed juri disprezz lejn il-qorti kien il-Malta Today. Illum numru ta’ ġurnali qed jippubblikaw “chats” ta’ Yorgen Fenech li wkoll hemm divjit fuqhom bi sfida tal-qorti. Biss il-ġustizzja f’dan il-pajjiż dejjem kienet kontra ż-żgħir fl-alleanza ma’ min hu b’saħħtu. Inċidentalment mal-Malta Today, kien hemm gazzetti oħra li ppubblikaw dawn ir-recordings li dehru fuq Reddit u li kien hemm projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tagħhom. Oħrajn neħħewhom, il-Malta Today ħallithom.

Jien kont nistenna lil Matthew Agius jistaqsi fejn wasslet l-investigazzjoni tal-pulizija fuq min qiegħed dawn ir-recordings fuq Reddit. Ara fuq dan, il-ġurnal Malta Today ma tagħmel l-ebda investigazzjoni.

Mela jekk Matthew Agius ippubblikat din l-istorja biex min għalija juri turi kemm qed isiru kawżi kontra tiegħi, ma jimpurtax. Biss mhux ser itebbgħali ismi. Kapaċi niġġieled biex niddefendi ismi u dawn il-kawżi mhux ser jintimidawni.

Anzi ser inkompli nikteb. Anzi jagħmluli aktar kuraġġ biex inkompli nikteb għaliex hemm min mhux qed jieħu ġost b’dak li qed ngħid.

Leave a Reply