X’hemm wara l-ħafna artikli pożittivi fuq Infrastructure Malta f’Lovin Malta? Tirrispondi fin-negattiv.

Ftit taż-żmien ilu, Lovin Malta tellgħu sensiela ta’ artikli jistaqsu jekk jien hux qed nieħu xi ħlas talli nikteb kif nikteb fuq Yorgen Fenech. Infakkar li Lovin Malta jiktbu kontra Yorgen Fenech, għaliex skont huma dan hu parti minn Gvern korrott. Sa hawn ma għandix problema. Nemmen li kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu. Biss jekk dan hu verament gvern korrott, għala mbagħad Lovin Malta jiktbu kif jiktbu fuq ċerti esponenti ta’ dan il-Gvern.

Il-lingwa Ingliża għandha frażi tajba ħafna fuq dak li nixtieq ngħid; “I’m smelling a rat”. Meta tara li media portal waħda, f’dan il-każ Lovin Malta qed tikteb fuq l-istess linja ta’ ħsieb u twennes bil-kitba tagħha lil xi ħadd partikulari jibda dieħel ċertu ħsieb li jwasslek biex tibda’ tistaqsi għaliex.

Aktar l-isfel ser ngħaqqad ma’ din il-kitba diversi links fejn tkunu tistgħu taraw u tifhmu aħjar dak li ser nipprova ngħid. Nispera li dan l-argument li ser inressaq sinċerament jiftiehem iżjed b’dawn l-artikli mehmuża. Dab l-aħħar osservajt li għal ħafna ġimgħat konsekuttivi Lovin Malta kitbu fuq is-Central Link u tiskanta kif in-narrattiva tagħhom hija pjuttost pożittiva għalkemm smajna ħafna fuq dan il-proġett kif ukoll assistejna għall-organizzażżjonijiet ta’ protesti dwar l-istess proġett.

Dan huwa proġett ta’ Infrastructure Malta li qed jasal fil-konklużjoni tiegħu. Ħafna minn dawn l-artikli, jekk mhux kollha, jagħtu palata tajba lis-CEO ta’ Infrastracture Malta. Ipinġuh bħala bniedem ta’ viżjoni u li jasal biex jikkonkludi ħafna proġetti.

Għaliex qed inxommu dan il-ġurdien kbir (far)? Jistgħu Lovin Malta jgħidulna jekk dawn l-artikli humiex sponsorjati jew le? U jekk huma sponsorjati nkun wasalt għall-konkluzzjoni tajba meta ngħid li qed jiġu sponsorjati minn Infrastracture Malta?

Huwa sigriet magħruf li Lovin Malta jużaw dan it-tip ta’ mudell fil-business tagħhom u jagħmlu sew. Lovin Malta tikteb ħafna mill-artikli tagħha wara li tkun ġabet sponsors li jħallsu għal dak kollu miktub. Jekk hu hekk jagħmlu sew għax persważ li dan hu linja ta’ ħsieb u xogħol li jirrendi. Ma għandi lanqas ebda dubbju li dawn l-artikli għandhom l-effett pożittiv tagħhom u hija sistema li mid-dehra qed tikseb suċċess. Imma meta tara dawn l-affarijiet bla ma trid tibda’ tistaqsi għal kjarifikazzjonijiet.

Għaliex jekk wieħed jikteb artiklu biex ifaħħar lil xi ħadd bi ħlas, x’garanzija għandu l-qarrej li artikli li jidhru kontra xi persuna ma jkunx hemm xi ħlas warajhom?

Huwa veru li dan in-news portal iħobbu jlissnu u jiktbu ħafna artikli dwar il-governanza tajba. Allura ma jħossux li, jekk dak li staqsejt għandu risposta pożittiva, ma tagħmilx sens li tħallat u taqsam ma’ sezzjoni tal-Gvern biex taqla’ l-flus? Ma jaħsbux li hu pjuttost ironiku, li fuq naħa tippriedka u tesiġi l-governanza tajba, imma mbagħad tinnegożja qligħ ta’ flus minn Infrastracture Malta, fergħa mportanti ħafna tal-Gvern?

Il-links ser jagħtu ideja dwar dawn il-kitbiet. Hemm artikli li jitkellmu fuq is-Central Link, fuq it-twessiegħ ta’ triq fiż-Żebbuġ, li Frederick Azzopardi ser jibda juża’ r-rota biex idur fil-qalba tal-lokalita’ wara li ma jħallix karozzi f’dawk it-toroq, dwar id-deċiżjoni finali li ser tittieħed sa l-aħħar tas-sena jekk il-mina bejn Malta u Għawdex għandiex issir jew le u fuq il-proġett tal-Marsa. Saħansitra LovinMalta rnexxiela tgħidilna minn huma l-erba’ kumpaniji li tefgħu l-offerta tagħhom għall-proġett tal-mina u twasslilna dettalji fuq kull kumpanija.

Ma nafx jien imma naħseb li mnieħri qed jagħmel xogħolu sewwa.

https://lovinmalta.com/news/local/attard-mayor-says-central-link-helped-reduce-traffic-while-lija-counterpart-argues-pandemic-the-cause/

https://lovinmalta.com/news/zebbug-road-widening-application-that-partially-demolished-garden-was-withdrawn-in-2017/

https://lovinmalta.com/news/watch-maltas-roads-agency-boss-explains-when-hell-start-using-his-bike-for-village-chores/

https://lovinmalta.com/news/well-know-by-end-of-year-whether-gozo-malta-tunnel-is-happening-or-not/

https://lovinmalta.com/news/a-look-at-the-four-bidders-for-the-malta-gozo-tunnel-project/

https://lovinmalta.com/news/local/two-incoming-five-to-go-youll-soon-be-able-to-drive-on-marsas-first-flyover/

PS. Sadanittant, Lovin Malta bgħattet din ir-risposta għal din il-mistoqsija li qed nippubblika sħiħa hawn taħt.

For the second time, Simon Mercieca is making libelous allegations against Lovin Malta before asking for comment. Our position is clear: content that is paid for on Lovin Malta is clearly listed as sponsored. If it is not listed as sponsored, it has not been paid or. Suggested otherwise is malicious and untrue. Lovin Malta is proud of its balanced coverage across national themes including road workings. To select a few of those articles and imply corruption on our part is not only unfair but also counterproductive and we reject the assertion completely.

Leave a Reply