Jason Azzopardi ma jagħmilx mistoqsija waħda dwar Keith Schembri. Għaliex?
Illum kellna fil-qorti kontinwazzjoni tal-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Degiorgio. Illum beda l-kontro-ezami tax-xhud tal-puliżija, Vince muscat, magħruf bħala l-Koħħu. Bl-aktar mod stramb, l-avukat Jason Azzopardi, li qed jidher għal parti ċivili u qed ikun proġettat bħala parti mill-prosekuzzjoni spiċċa jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu bħala parti mill-kontro-eżami. Jien qatt ma kont naf li l-parti ċivili, jekk hija parti mill-prosekuzzjoni kif qed tkun impenġija, tista’ tagħmel kontro-eżami tax-xhud tagħha stess!
Biss illum ħarġu numru ta’ punti importanti li ser ikomplu jħabblunna moħħna mhux ħażin. Kull seduta li b’xi mod jew ieħor hija marbuta mal-qtil makabru ta’ Daphne Caruana Galizia qed kull ma tmur tħoll ftit ftit il-kobba mħabbla. Il-kontro-eżami prinċipalment għamlu Dr Jason Azzopardi, li qed jidher bħala l-avukat tal-parti civile għall-familja Caruana Galizia.
Ta’ min ngħid grazzi lil dawk il-portals li permezz tal-ġurnalisti tagħhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jagħtuna rapport dettaljat u jippruvaw ilaħħqu ma kull mistoqsija u risposta li ssir.
Dr Jason Azzopardi għamel ħin twil sewwa jispara mistoqsija waħda wara l-oħra lil dan ix-xhud li rridu niftakru li dan diġa ġie kkundannat ħmistax-il sena, fuq ammissjoni tiegħu stess, għall-parteċipazzjoni tiegħu f’dan il-qtil makabru.
Meta taqra’ kemm il-mistoqsijiet u r-risposti mogħtija tibda tifhem li ssemmu ħafna nies, avukati, middle men, nies arrestati u ħafna oħrajn. Tibda tgħid imma kemm hemm nies imdaħħlin f’dan il-qtil? Dr Azzopardi staqsa fuq kull wieħed li seta’ allegatament kellu x’jaqsam ma’ dan l-assassinju barra fuq wieħed.
Ma ninsewx li Dr Azzopardi kellu quddiemu bniedem li x’aktarx huwa persuna li taf ħafna informazzjoni fuq kif setgħu waslu jew kif l-aħjar li setgħu jagħmlu biex dan il-qtil jirnexxi u ma jħalli ebda possibilita’ li l-persuna tibqa ħajja.
Imma jien inħossni zbalordit u ma nistax nifhem kif fis-sensiela ta’ mistoqsijiet li għamel Dr Azzopardi, biċċiet minnhom jidhru li kienu maħsuba qishom trabokk għal Muscat, kif staqsa fuq kulħadd u ma jistaqsix imqar mistoqsija waħda, biex forsi jkun jaf xi ħaġa ġdida jew jikkonferma dak li diġa huwa pubbliku, dwar Keith Schembri. Infakkar li dan hu l-inkun persuna li ssemma f’kull kumpilazzjoni li għaddejja fuq dan id-delitt.
Jiena kif ir-rapportaġġ tella’ li Dr Azzopardi għalaq u lesta l-mistoqsijiet kollha tiegħu ħallini bla kliem kif dan il-famuż Keith Schembri ma ssemma’ qatt. Imma possibbli li Dr Azzopardi ma kellux preparata mqarr mistoqsija waħda, waħda biss, dwar xi involviment li seta’ kellu Keith Schembri? Jista’ jkun li xi ħadd jemmen li Jason Azzopardi tilef l-interess kollu f’Keith Schembri? Jista’ xi ħadd jilluminani kif jista’ jkun kif l-avukat tal-familja Caruana Galizia ma jistaqsi xejn lil xhud ta’ importanza tant kbira rigward persuna li qiegħda fuq fomm kulħadd fejn jirrigwardja dan il-każ? Mela dak kollu li qal Matthew Caruana Galizia dwar Keith Schembri huwa ħrafa?
Dr Azzopardi llum irnexxielek tħallini bla kliem, imma ma rnexxielek tbellaħni. Illum irnexxielek twassalni fi stat fejn komplejt nikkonferma dak kollu li għidt fuqek fil-passat. Illum kien hemm konferma li inti ma għandekx interess li dan il-każ iwassal għall-konklużjonijiet trasparenti u l-interess tiegħek hu biss biex twaħħal f’Yorgen Fenech. Biss b’dak li qed tagħmel komplejt tikkonferma dak li jien għidt fuq dan ir-raġel: Yorgen Fenech huwa vittma ta’ frame-up. Kieku ma kienx hemm frame-up, int kont tagħmel ħafna mistoqsijiet dwar Keith Schembri.