Where your opinion counts

Therese Comodini Cachia titlob għar-return tat-taxxi ta’ ħafna nies imma ma titlobx ta’ Daphne Caruana Galizia u tar-raġel tal-imħallfa Lofaro

Nhar il-Ġimgħa, The Times tatna l-aħbar li Marvin Gaerty reġa’ deher quddiem il-bord tal-inkjesta mmexxija mit-tliet imħallfin. Ma nafx x’qal Gaerty lill-bord tal-inkjesta għaliex is-smigħ sar fil-magħluq. Biss insiru nafu r-raġuni għala Gaerty reġa’ kien quddiemhom għaliex il-familja Caruana Galizia, permezz tal-avukata Therese Comodini Cachia, talbet ir-return tat-taxxa ta’ numru ta’ persuni. L-imħallfin laqgħu t-talba tagħha u riedu jkunu jafu x’fihom. B’hekk Gaerty, bħala l-Kummissarju tat-Taxxi Interni reġa ġie mgħajjat biex jixhed. The Times tgħidilna li l-avukata tal-familja Caruana Galizia talbet lista tat-tax return ta’ numru ta’ kumpaniji u anki ta’ nies.

Mhux ser nidħol fl-argument li l-Prim Ministru iddikkjara li l-inkjesta magħluqa u allura ma nistax nifhem kif funzjonarju taċ-ċivil jintalab informazzjoni sensittiva bħal din mill-persuni li qed imexxu l-inkjesta. Naħseb li din tista’ tesponi lill-gvern għal danni finanzjari. Nemmen li l- persuni li intalbet l-informazzjoni fuqhom jistgħu jfittxu lid-dipartiment tat-taxxi għad-danni, l-ewwel peress li l-inkjesta ġiet iddikkjarata magħluqa. Hemm mistoqsija oħra. Kif il-persuni li qed imexxu din l-inkjesta jitkellmu fuq return tat-taxxi ta’ persuni meta l-istess persuni li qed tkun diskussa t-taxxa tagħhom mhux preżenti waqt din id-diskussjoni?

B’hekk tiġi din il-mistoqsija? Kemm kienet twila l-lista ta’ dawn il-kumpaniji u nies li Therese Comodini Cachia talbet informazzjoni dwarhom f’isem il-familja Caruana Galizia? Min kienu n-nies li ntalbet fuqhom informazzjoni dwar ir-return tat-taxxa tagħhom?  Tnejn minnhom nafuhom għax issemmgħu b’isem,  jiġifieri Keith Schembri u Konrad Mizzi. Imma l-oħra min kienu? Veru li l-lista kienet twila ħafna ħafna?

Hawn mhux qed nistaqsi għar-returns tat-taxxa ta’ dawk mitluba imma min huma dawn in-nies? Huwa sew li persuna ma jafx li t-taxxa tiegħu ġiet diskussa minn dawn l-imħallfin mingħajr ma huwa kien preżenti? Naħseb li hu importanti li n-nies ikun jafu min huma l-persuni li l-familja Caruana Galizia talbet ir-return tat-taxxa tagħhom u riedet li jkunu jafu kemm qed idaħħlu fis-sena.

Imbagħad, il-familja Caruana Galizia lesta tippubblika r-return tat-taxxa tagħha? Ġa nafu li wieħed mill-avukati li qabbdu, jiġifieri Jason Azzopardi, ilu tliet snin ma jdaħħal ir-return tat-taxxa. Nafu li Daphne Caruana Galizia kellha problemi serji ma’ tat-taxxa. Il-mistoqsija li trid issir hija din. Daphne Caruana Galizia dejjem daħħlet ir-return tat-taxxa fil-ħin? Jew kienet ħafna snin lura fit-taxxa?

Therese Comodini Cachia lesta titlob r-return tat-taxxa ta’ Daphne Caruana Galizia? Infakkar li l-qorti għaddejja kawża ċivili ta’ kumpens minħabba li l-familja Caruana Galizia qed tgħid li tilfu dħul kbir ta’ aktar minn 200,000 elf euro fis-sena minħabba l-mewt tagħha. Biss, b’għaġeb tal-egħġubijiet, ir-return tat-taxxa tagħha ma ġietx ippreżentata fil-qorti. L-imħallfin lesti jippubblikaw r-return tat-taxxa tagħhom? Infakkar li r-raġel tal-imħallfa Lofaro inqabad fi skandlu ma’ Yorgen Fenech. Kemm nistaqsi lil Therese Comodini Cachia jekk talbitx ir-return tat-taxxa tar-raġel tal-imħallfa Lofaro. Infakkar li dan kien ser jagħmel biċċa business ma’ Yorgen Fenech! Ma għandix dubju li dan ma kienx fil-lista ta’ Therese Comodini Cachia!

Imma l-isbaħ hija din. Mart Pierre Lofarlo, l-imħallfa Lofaro, ġie rrappurtat minn The Times li kienet fuq il-Bord li fil-magħluq jidher li sema’ informazzjoni fuq return ta’ taxxi ta’ ħaddieħor, inkluż ta’ kumpaniji li jistgħu jkunu potenzjalment kompetituri ta’ żewġha. Ħalluna!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *