Godfrey Leone Ganado u l-lingwaġġ sessist tiegħu

Blogpost minn Osservatur Politiku

Għadni kif qrajt kumment minn wieħed mill-paladini tas-saltna tad-dritt. Dan il-kumment ta’ Godfrey Leone Ganada li, sfortunatament għall-Partit Nazzjonalista, dan jgħid li hu nażżjonalist. Dan huwa bniedem li hu jista’ jgħid li jrid imma int allaħares tgħid xi ħaġa kontrih għax jaqlalek kull ma jiġi f’ilsienu. Niftakar qisu l-bieraħ meta fi programm fuq l-RTK, ir-radju tal-knisja, kien hemm dan il-ġellied tad-demokrazija u s-saltna tad-dritt flimkien ma’ Fr Joe u Peppi Azzopardi. Waqt din id-diskursata li kienet għaddejja s-Sibt filgħodu dan il-bravu kien qal li hu meta kien Chairman tal-Enemalta kien juża xi ġurnalisti biex jgħaddi l-leaks. Jekk niftakar tajjeb, is-suġġett prinċipali dak in-nhar kien jirrigwardja l-ħafna leakages li kienu għaddejjin fil-politika.

Kulħadd jaf li kull min jitpoġġa bħala Chairman tal-Enemalta kien ikun appuntant speċifikament mill-Prim Ministru, allura kien jissejjaħ bħala political appointee. Din kienet tfisser li min jiġi appuntat hemm kien ikollu l-fiduċja assoluta tal-Kap tal-Gvern dak in-nhar. Mela dan il-bniedem intelliġenti, li dejjem jiftaħar li għandu erbgħin sena esperjenza bħala awditur ma’ ditta rinomata u dejjem jaħseb li kull ma jgħid hu kien ikun dejjem preċiż, qalilna li meta kien ikun irid xi ħaġa għall-azjenda tiegħu u ma jirnexxielux, kien ikun hu stess li jgħaddi nformazzjoni lill-ġurnalisti biex toħroġ bħala scoop fuq il-gazzetti.

Dan id-diskors kien qallgħani meta smajtu. Ir-raġuni tgħidlek li meta xi ħadd jasal biex jagħtik fiduċja bħal dik u inti tmur tikxef in-nuqqas ta’ qbil li kien ikollok mal-istess persuna fuq il-gazzetti, trid tkun veru bniedem bla dekor, bla prinċipji u bla mistħija ta’ xejn. Att ta’ bniedem bully u bla kuxjenza. Dan Leone Ganado huwa l-istess bniedem li fl-elezzjonijiet tal-MEPs kien qed jirreklama u jxerred il-kelma biex in-nazzjonalisti l-ewwel jivvutaw l-PD imbagħad jkomplu fuq Metsola u Casa u jieqfu hemm. Dan kien iddikjara li ried jeħles minn Adrian Delia kemm jista’ jkun malajr. L-importanti għalih li kien imur jgħajjar u jxerred il-ħdura fuq ir-radju tal-knisja.

Kellna xi ħaġa oħra li rridu niftakkru fiha. Dan kien u għadu jqis lilu nnifsu bħala tal-first tier. Din kien ħareġ biha l-Avukat Andrew Borg Cardona u sab appoġġ kbir minn dan il-ħamallu first class. Ħalli nfakkarkom xi ħaġa oħra. Tafu li dan iċ-ċittadin tal-first tier kien għajjar lil Rosianne Cutajar ‘qaħba’. Din tellgħatu l-qorti u rebħitlu l-libel. Taf x’għamel? Dan għamel crowd funding u talab il-flus minn għand in-nies biex jħallas dak li weħel u biex ikollu flus ħalli, kif qal, ikompli l-ġlieda għas-saltna tad-dritt u għall-ġustizzja ta’ Daphne.

Issa ftit tal-minuti ilu tfaċċat oħra. Dalgħodu Dr Grech, il-Kap tal-Oppożizzjoni ġie intervistat minn Norma Saliba. Jista’ jkun li din Norma ma għoġbitux lil dan il-ġenju għax jifhem f’kollox u dejjem hu tajjeb. Dan tefa’ post u qal hekk

“Norma – x’inti sħuna. Int dejjem hekk, anka jekk tintervista lill Robert Abela? Oqgħod attenta jekk tintervista lil Konrad Mizzi, għad dak qalilna li dejjem iġerrih. U l-anqas lil Ian Borg, għax dak moħħu fl-orgażmu”.

Ser inħalli f’idejkom tiġġudikaw intom. M’inhiex beħsiebni naqa’ fil-livell tiegħu. Biss ngħidlu li aħjar jibda’ jaħseb ftit u jikkontrolla ruħu għax donnu wasal fi żmien fejn beda jewdhen u jgħid li l-għeneb qares la ma jistax jilħqu. Miskin x’pwerilita’. Mur staħba.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *