Raħal Ġdid bi ħġaru wara l-kappillan tiegħu

Xi ħadd li jħobb lill-kappillan ta’ Raħal Ġdid, Marc Andre Camilleri, għadda korrispondenza bejn dan il-kappillan u l-isqof awżiljarju Galea Curmi. Il-Kappillan Marc Andre Camilleri ma qabilx mal-awtoritajiet tal-Knisja, jiġifieri l-arċisqof Scicluna li għalaq il-knejjes. Fuq kollox, Marc Andre qal li huma, jiġifieri l-kappillani, ma ġewx ikkonsultati. Naħseb li kien qed jitkellem għan-nom ta’ ħafna. Din il-korrispondenza spiċċat għand il-media Laburista. Din hija l-email li bagħat Marc Andre lill-vigarju Galea Curmi.

Kulħadd jaf li Raħal Ġdid hemm maġġoranza Laburista. Ħafna Laburisti ħarġu bi ħġarhom wara l-kappillan fuq din il-kwistjoni. Id-daqqa qedha hawn. L-Arċisqof Scicluna hu biċċa waħda mal-ministru Fearne u jagħmel dak li jgħidlu Fearne. Anki l-programm tiegħi fuq ix-Xejk TV ipprova jwaqqaf.

Biss jekk l-arċisqof Scicluna ħaseb li billi joqgħod jilgħaq lil Fearne ser iġib is-simpatija tal-Laburisti jinsiha. Għarralu bil-kbir. Is-simpatija tal-Laburisti iġibuha kappillani bħal Marc Andre li jaħdmu kuljum magħhom u jkun magħhom fid-dwejjaq u l-ferħ tagħhom.

Fuq kollox, min ħareġ din il-korrispondenza ħariġha għax għandu interess li Marc Andre jitneħħa minn Kappillan ta’ Raħal Ġdid għaliex ħaseb li ser iġib reazzjoni kontra l-istess kappillan min-nies. Ġara bil-maqlub għaliex in-nies ta’ Raħal Ġdid ħarġu b’ħġarhom jiddefenduh.

Naħseb li Scicluna jaqbillu joqgħod attent għax rivolta kontra tiegħu hemm fost il-kleru. Ġa hemm kleru irrabbjat għall-media tal-isqfijiet u hemm rabja dwar il-miżuri li l-istess arċisqof qed jieħu fuq il-Covid19. Issa l-kleru hu rrabjat li din hija t-tieni sena li l-festi tal-Għid mhux ser ikunu ċċelebrati. L-arċisqof Scicluna qed ikun akkużat li rnexxilu jeqred djoċesi!

Eċċellenza, ftakar li djoċesi ma titmexxix minn arċisqof part-time, li hu aktar moħħu li jkun Ruma biex forsi jilħaq kardinal. Dan mhux il-ħsieb tiegħi imma l-ħsieb ta’ ħafna qassisin fuqek li forsi ma għandhomx il-gazz li jgħidulek f’wiċċek.

L-artiklu kollu jinsab hawn.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *